Left arrow Go Back

PREŻENTAZZJONI TA’ ĊERTIFIKATI LIL KINDERGARTEN ASSISTANTS: IL-GVERN JINVESTI FL-EDUKAZZJONI BIKRIJA

pr1388
Date Icon 27/07/2010
Il-Gvern hudeterminat li jkompli jinvesti fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal permezz ta’ Ċentri għall-Ħarsien tat-Tfal u l-Kindergartens għaliex dan hu żmien kruċjali għall-edukazzjoni ta’ kull individwu.
Dan sostnietu l-Ministrutal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja Dolores Cristina meta l-bieraħ fil-għaxija qassmet ċertifikati lil numru ta’ Kindergarten Assistants li wara snin twal fl-impjieg mal-Gvern, issa ngħataw ir-rikonoxximent li kien jixirqilhom wara li temmew b’suċċess kors li sar apposta għalihom.
Fid-diskors tagħha l-Ministrutal-Edukazzjoni qalet li dan hu jum ta’ ferħ mhux biss għal numru ta’ persuni li se jieħdu ċ-Ċertifikat wara li għamlu kors ta’ Kindergarten Assistants, imma anke għad-Direttorat u għall-Ministeru tal-Edukazzjoni. Din hi ġurnata li fiha qed issir ġustizzja ma’ numru ta’ persuni li taw servizz tajjeb u għal ħafna snin mat-tfal tal-Kindergarten, iżda li sfortunatament qatt ma kellhom impjieg fiż-żgur u dejjem inkwetati dwar il-futur tagħhom.
Sena ilu,il-Ministeru laħaq ftehim mal-MUT biex is-sitwazzjoni ta’ dawn in-nies tkun regolarizzata u ssir ġustizzja magħhom darba għal dejjem u jkollhom serħan il-moħħ dwar l-impjieg tagħhom. Mal-grupp li ngħataw iċ-ċertifikat il-bieraħ, hemm żewġ gruppi oħra li qed isegwu korsijiet simili iżda ftit aktar fit-tul, skond l-esperjenza li għandhom, u dawn ukoll meta jlestu l-kors tagħhom jingħataw iċ-ċertifikat tant mistħoqq.
Il-Minisru Cristinaħadet l-opportunita’ biex titkellem ftit dwar il-mod li bih inħarsu lejn l-edukazzjoni bikrija, għax anke f’dan is-settur qed issir ħafna ħidma u investiment qawwi.
Aktar tard dinil-ġimgħa se jinfetaħ Child Care Centre ieħor fis-Siġġiewi. Aktar tard din is-sena se jinfetħu żewġ ċentri oħra f’Bormla u Pembroke. In-numru ta’ Child Care Centres tal-Gvern kull ma jmur qed jiżdied – u hekk se nkomplu nagħmlu – u hawn numru ieħor tajjeb ta’ ċentri mmexxija mill-privat.
Hi enfasizzat li dawniċ-Ċentri m’humiex sempliċi postijiet fejn isir baby-sitting. Dawn huma ċentri fejn nies imħarrġa apposta jieħdu ħsieb u jibdew jedukaw lit-tfal minn eta’ ta’ ftit xhur sa tliet snin, għaliex nafu li dan hu l-perjodu li fih il-bniedem jitgħallem sa 80% ta’ dak li jitgħallem tul ħajtu kollha.
Minn din il-fażimbagħad it-tfal jgħaddu għall-Kindergarten u hawnhekk allura jibda dieħel xi tagħlim aktar formali u saħansitra l-lum fiċ-ċentri tal-Kindergarten daħlu wkoll il-kompjuters.
Il-Ministru qalet limeta wieħed imur fi klassijiet tal-kindergarten kif tagħmel hi meta żżur l-iskejjel matul is-sena, jibqa’ impressjonat b’numru ta’ affarijiet li jara. L-ewwelnett id-dedikazzjoni tal-Kindergarten Assistants lejn it-tfal. Il-paċenzja li jieħdu bihom u l-imħabba li juruhom. Tara tfal ta’ tlieta u erba’ snin, jitgħallmu u jilgħabu flimkien. Jitgħallmu jaqsmu l-affarijiet, il-ġugarelli, il-kuluri, il-forom, il-blocks li jsibu fil-klassi. U issa anke tarahom isegwu fuq il-kompjuter xi programm ħafif disinjat apposta għalihom.
F’dan il-qasam,pajjiżna hu l-għira ta’ pajjiżi oħra ferm akbar minnha, fosthom pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li għadhom ma laħqux il-livelli li lħaqna aħna fil-qasam tal-kindergarten.
Mertu kbir għal danis-suċċess hu proprju tal-Kindergarten Assistants li jmexxu dawn il-klassijiet. Il-pajjiż hu grat lejn is-servizz li dawn taw għal ħafna snin. U l-lum il-pajjiż ħass li għandu jagħmel ġustizzja magħhom u jagħtihom dak li ilhom jaħdmu għalih is-snin. “Qed nagħtukom rikonoxximent għall-ħidma tagħkom u qed nassigurawlkom l-impjieg tagħkom”.
Il-Ministruddeskriviet din bħala okkażjoni ta’ ferħ. U għalhekk ferħet b’mod partikolari lil dawk kollha li temmew b’suċċess il-kors li kien offrut lilhom mill-MCAST u li llum se jieħdu il-frott tal-ħidma tagħhom.
Irringrazzjat wkolllill-Prinċipal u lil-lecturers tal-MCAST li mexxew dan il-kors kif ukoll lid-Direttorati tal-Edukazzjoni għall-ħidma u l-kontribut tagħhom li wasslu sa din il-ġurnata. Irringrazzjat wkoll lill-uffiċjali tal-Malta Union of Teachers li magħhom il-Ministeru kien iffirma Memorandum of Understanding fuq dak li kien meħtieġ biex issir ġustizzja ma’ din il-kategorija ta’ impjegati.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow