STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT DWAR IL-VOT TAL-HADDIEMA TAL-ST MICROELECTRONICS
pr1387
26/07/2010
| Il-Ministru | tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech laqa’ b’sodisfazzjon il-vot b’saħħtu tal-impjegati tal-kumpanija ST Microelectronics favur il-ftehim milhuq bejn il-kumpanija u l-GWU. |
| Dan il-ftehim | jippermetti lill-kumpanija biex tagħmel investimenti f’teknoloġija avvanzata u ġdida, li se jippermettulha ssaħħaħ il-vijabilità tagħha f’Malta. B’hekk ikun qed jitħares il-futur tal-post tax-xogħol ta’ dawn l-istess ħaddiema. Id-deċiżjoni li dan l-investiment isir f’pajjiżna ttieħdet wara xhur twal ta’ diskussjonijiet mal-Gvern li trattataw ukoll l-għajnuna li l-Gvern se jkun qed jagħti, inkluż f'dak li huwa taħriġ tal-istess ħaddiema. |
| Il-Ministru | jirringrazzja wkoll lill-GWU tal-ħidma tagħha, permezz tan-negozjati mal-istess ST fejn innegozjat ftehim aħjar minn dak propost oriġinarjament, kif ukoll billi rnexxilha tfiehem lill-membri tagħhom l-importanza ta’ dan il-ftehim biex il-kumpanija tibqa’ f’Malta u tibqa’ tinvesti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990