IL-PROĠETT TA’ TWAQQIF TA’ TAQSIMA TAR-RADJOLOĠIJA FL-ISPTAR ĠENERALI TA’ GĦAWDEX FI STADJU AVVANZAT
pr1386
26/07/2010
| Ix-xogħol fuq proġett | li ser jiswa €3.2 miljun li 85 fil-mija minnhom ser jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew għal Żvilupp Reġjonali, għaddej b’ritmu mgħaġġel sabiex sa ftit xhur oħra l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex ser ikun mgħammar b’taqsima ġdida tar-Radjoloġija filwaqt li tiġi mtejba t-tieni sala ta’ l-operazzjonijiet. Sa issa sar ħafna mix-xogħol strutturali fit-taqsima tar-Radjoloġija, bl-aħħar żviluppi jinkludu l-kisi ta’ l-art u l-ħitan b’folji taċ-ċomb li għandhom funzjoni protettiva fi strutturi ta’ din in-natura. |
| L-Onor. Giovanna | Debono, Ministru għal Għawdex, żaret it-taqsima tar-Radjoloġija fejn qed isiru x-xogħlijiet marbuta ma’ dan il-proġett. Uħud mix-xogħlijiet li saru sa issa kienu jinvolvu finanzjament minn fondi nazzjonali bħala preparazzjoni għall-implimentazzjoni tal-proġett ffinanzjat minn fondi Ewropej. Operazzjoni importanti kienet dik marbuta mat-tneħħijja kompleta tas-saqaf qadim li parti minnu kien magħmul mill-asbestos. Dan kien jinvolvi proċeduri koordinati skont regoli internazzjonali marbuta mas-saħħa fir-rigward tat-trattament ta’ dan it-tip ta’ materjal. |
| Sar tibdil | strutturali biex jiżdied l-ispazju minn fejn din it-taqsima ġdida tar-Radjoloġija tkun tista’ taqdi l-funzjoni tagħha f’dan l-isptar. Sadanittant beda x-xogħol ta’ installazzjoni ta’ sistemi ġodda ta’ l-elettriku u l-ilma flimkien ma’ servizzi addizzjonali bħal dik tas-sistema ta’ Medical Gases, Nurse Call System, Fire Alarm System, Air Changing System, Air-Conditioning System u Data Network System jinsabu fi stadju avvanzat. |
| Il-Ministru għal | Għawdex spjegat kif dan il-proġett kien propost fid-dawl ta’ l-istrateġija nazzjonali 2007-2013 li tindirizza l-aċċessibiltà għas-servizzi tas-saħħa biex fost l-oħrajn tiġi mtejba l-kwalità tal-ħajja ankè fil-gżira ta’ Għawdex. Permezz tiegħu ser jitwaqqfu ħames Imaging Modalities li jinkludu servizzi ġodda li qabel ma kienux jiġu offruti f’Għawdex. Żvilupp importanti ser ikun dak marbut ma’ servizz ta’ Spiral CT Scanning u Digital Mammography li sa issa pazjenti Għawdxin kien ikollhom jattendu għalihom fl-isptar Mater Dei. |
| Barra minhekk | id-Digital Mammography ser jagħmilha possibbli li nisa Għawdxin ikunu jistgħu jipparteċipaw fin-National Breastscreening Programme li huwa għaddej fuq skala nazzjonali mingħajr il-bżonn li jattendu ċ-Ċentru f’Malta. L-apparat ġdid u modern li ser jiġi nstallat fit-taqsima tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ser jopera fuq sistema diġitali u permezz ta’ hekk, kull X-Ray ikun aċċessibbli minn fuq kompjuter. Permezz ta’ dan l-apparat il-ġdid ser jiġu offruti servizzi ġodda li se jnaqqsu mhux ftit l-inkonvenjent li jkollhom jgħaddu minnu pazjenti Għawdxin u l-familjari tagħhom li jmorru għal dawn is-servizzi f’Malta u ser jirriżultaw ukoll f’anqas pressjoni ta’ xogħol fl-Isptar Mater Dei. |
| Il-Ministru spjegat | kif dan il-proġett ser isaħħaħ is-servizz tas-saħħa f’Għawdex għal benefiċċju ta’ pazjenti b’mard serju jew kroniku, anzjani, persuni b’diżabilità, residenti Għawdxin kif ukoll barranin li jkunu Għawdex. Hija qalet ukoll li għal dawk il-każijiet fejn xorta jkun meħtieġ li l-pazjenti jittieħdu għal servizzi mediċi f’Malta, il-Ministeru għal Għawdex qed jikkordina proċess għax-xiri ta’ żewġ ambulanzi ġodda minn fondi nazzjonali li ser joffru aktar kumdità minn dawk eżistenti. |
| Il-Ministru temmet | tgħid li dawn il-proġetti u inizjattivi għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja billi jnaqqsu t-tbatija, jippermettu l-użu aħjar tar-riżorsi kif ukoll jindirizzaw aspetti ambjentali speċjalment dawk marbuta ma’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet tossiċi. |
| It-taqsima ġdida | tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex mistennija tibda topera sa l-aħħar ta’ din is-sena. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990