L-OPPORTUNITAJIET TA’ NEGOZJU F’MALTA PROMOSSI FL-AWSTRALJA
pr1382
26/07/2010
| Il-Kummisjoni Għolja fl-Awstralja, permezz | tal-Konslu Ġenerali ta’ Victoria, flimkien mal-MABPAV (Maltese Australian Bsiness and Professionals Association of Victoria) organizza seminar imsejjaħ ‘Doing business and investing in Malta info night’ f’lukanda f’Caroline Springs nhar l-Erbgħa 21 ta’ Lulju 2010. |
| Il-Parteċipanti kienu nies tan-negozju minn sferi | differenti kif ukoll rappreżentanta tad-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin u Kummerċ f’Victoria. In-negozjanti kienu ġejjin mill-oqsma kummerċjali ta’ ospitalità, ġarr ta’ merkanzija, IT, kummerċ tal-internet, kontaġġ, u bejgħ ta’ propjetà. |
| Il-Parteċipanti kienu ndirizzati mill-Konslu | Ġenerali f’Victoria, is-Sur Charles Mifsud u mill-President tal-MABPAV is-Sur Damien Digby. |
| Il-Konslu Ġenerali tkellem dwar is-sitwazzjoni | f’Malta f’dak li għandu x’jaqsam ma’ proġetti kurrenti u ppjanati bħal konstruzzjoni ta’ toroq, l-imtieħen tar-Riħ biex jiġġeneraw l-elettriku, Smart City, l-proġett ta’ Bieb il-Belt u l-Corporate Village, fost oħrajn. |
| Il-President tal-MABPAV, tkellem dwar l-aspetti ta’ | investiment f’Malta bħal proċess ta’ applikazzjoni biex jitwaqqaf proġett, kif titlob għajnuna minn Malta Enterprise u l-Malta Financial Services Authority, is-sistema tat-Taxxa f’Malta u kif jaħdem il-ftehim tat-Taxxa Doppja. |
| L-għan | huwa li dan is-seminar isir darba fis-sena. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990