Sitt persuni mis-Somalja u l-Eritrea jibdew ħajja ġdida fil-Lussemburgu
pr1378
25/07/2010
| Grupp | ta’ sitt persuni mis-Somalja u l-Eritrea kmieni dalgħodu ħallew Malta fi triqithom lejn il-Lussemburgu wara li dan il-pajjiż żgħir għażel li jipparteċipa fil-Proġett Pilota tal-Unjoni Ewropea għar-Rilallokazzjoni ta’ Immigranti minn Malta. |
| Il-grupp | ta’ persuni huwa magħmul minn koppja ta’ adulti mill-Eritrea li kienu salvati mill-għarqa fl-2005 u żewġ ommijiet mis-Somalja flimkien ma żewġ trabi ta’ sena li kienu waslu Malta fl-2006. |
| Minbarra | li ser jilqa’ lil dawn il-persuni, il-Gvern tal-Lussemburgu ser ikun qed jgħin lil dawn il-persuni biex jintegraw ruħhom hemm billi joffrilhom pakkett ta’ assistenza, fosthom żewġ appartamenti fejn ser ikunu jistgħu joqogħdu għal sena, kif ukoll taħriġ fil-lingwa Franċiża. Huma ser ikunu segwiti mill-viċin għal sena mill-Ministeru għall-Familja u l-Integrazzjoni tal-Lussemburgu. |
| Din ma | kinitx l-ewwel darba li l-Lussemburgu għen lil Malta fil-materji tal-immigrazzjoni llegali u l-ażil. Fil-fatt, is-sena li għaddiet kien bagħat ajruplan għas-sorveljanza marittima sabiex jintuża waqt l-operazzjoni Nautilus tal-Aġenzija Ewropea għall-Ħarsien tal-Fruntieri, FRONTEX. |
| Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern minbarra li | jirringrazzja lill-Gvern tal-Lussemburgu għas-solidarjetà li qed juri ma’ pajjiżna, jagħti ġieħ lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni għall-għajnuna loġistika li tat f’dan il-proċess. |
| Ir-riallokazzjoni ta’ dan il-grupp ta’ persuni ġie | anqas minn xahar wara li grupp ta’ madwar mitt persuna bdew ħajja ġdida fi Franza wara li l-Gvern Franċiż ipparteċipa f’dan il-Proġett Pilota għat-tieni sena konsekuttiva. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990