Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR JOE CASSAR,  MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA  FL-OKKAŻJAONI TAL-PREMJU ĦADDIEM TAS-SENA SPTAR MONTE CARMELI -  Il-Gimgħa,   23 ta’ Lulju, 2010

pr1377
Date Icon 24/07/2010

Onorevoli, kollegi, sinjuri, ħbieb,

Din hijaserata li tiċċelebra il-ħidma kollettiva tal-ħaddiema fis-settur tas-Saħħa Mentali. Bħalma tafu tajjeb l-Isptar Monte Carmeli huwa ferm għal qalbi. Fil-ħidma tiegħi bħala psikjatra mhux biss żort dan l-Isptar biex niltaqa’ ma’ pazjenti imma kelli x-xorti li naħdem fil-qrib ma’ bosta minnkom preżenti hawnhekk il-lejla.
Il-ħidmakollettiva, multidixxiplinari hija essenzjali fil-kura tas-saħħa mentali, anzi, f’kull tip ta’ kura. Illum m’għadniex inħarsu lejn il-pazjenti jew il-kundizzjoni tagħhom b’mod iżolat iżda b’mod ħolistiku. Ir-riċerka turi li hemm rabta qawwija bejn il-branki kollha tal-mediċina. Hemm ukoll rabta qawwija bejn is-saħħa fiżika u mentali tal-bniedem u l-ispiritwalita’ ta’ l-individwu.
Kull minjaħdem fis-settur tas-Saħħa għandu obligi morali li jaqdi dmiru sew. Qatt m’għandna ninsew li kull pazjent huwa fuq kollox bniedem. Qatt m’għandna ninsew ir-rispett lejn il-pazjenti tagħna kif ukoll lejn il-kollegi tagħna. Kemm-il darba sostnejt, u nerġa’ nsostni llum ukoll; jekk inħarsu lejn il-morda bil-ħsieb – “Li kieku dan kien membru tal-familja tiegħi x’kont nagħmel?” B’dan il-ħsieb f’moħħna nistgħu nibdew naraw xi tfisser il-ħidma fis-settur tas-Saħħa.
M’għandix dubju li fl-Isptar Monte Carmeli ufl-Isptarijiet u kliniċi fejn noffru servizz ta’ saħħa jeżistu nies li qed jipprattikaw din il-filosofija. Hija ħasra li l-qanpiena ta’ min jgħamel il-ġid ma’ ddoqx b’saħħitha daks dik ta’ min forsi jiżballja. Illum qegħdin hawn biex nirrikonoxxu lil min b’sagrifiċċju personali jaqdi dmiru u jmur oltre minn hekk.
Lill-ħaddiema kollha tas-settur tas-saħħa ngħdilhomgrazzi, grazzi minn qalbi u grazzi f’isem il-poplu kollu Malti u Għawdxi, b’mod partikolari f’isem il-morda u l-anzjani li għalkhemm mhux dejjem jesprimu ruħhom bi gratitudni, japprezzaw il-ħidma fejjieda ta’ kull wieħed u waħda minnkom. Grazzi tmur ukoll lill-familji ta’ kull min jaħdem fil-kura għaliex dawn jagħmlu siegħat u ġranet nieqsa mill-għeżież tagħhom.
Nittamali l-eżempju tajjeb li jagħtu l-ħaddiema li jgħożżu b’dedikazzjoni l-ġid tal-pazjenti kollha jkompli jinfirex ma’ kull min għandu l-ħajra li jibda’ jaħdem fis-settur tas-saħħa.

Grazzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow