Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

pr1376
Date Icon 24/07/2010
B’reazjonigħall-istqarrija tal-Onor Brincat, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali huwa nfurmat mic-chairman tal-kumitat li r-rapport tekniku tal-kumitat li twaqqaf sabiex ifassal abboz ta’ strateġija għal adottazzjoni tat-tibdil fil-klima jinsab fl-aħħar tat-tlestija tiegħu.
Wieħed irid jifhem lidokument ta’ natura teknika, bħalma hu dan, mfassal minn nies tekniċi f’diversi oqsma b’mod volontarju, jista’ jdum ftit aktar milli mistenni sabiex jitlesta. Il-Ministeru japrezza u jifhem li dan ma sarx b’kapriċċ, iżda għax il-kumitat daħal fis-suġetti varji b’moda aktar profond. Il-Ministeru jieħu din l-okkażjoni sabiex jirringrazzja lil kull min qed jagħti sehmu f’dan il-kumitat sabiex titfassal din l-istrateġija.
Dan id-dokumentġaladarba jkun finalizzat sejjer jinħareġ għal konsultazzjoni pubblika. Il-Gvern filwaqt li diġa għamilha ċara li se jressaq dan id-dokument għal diskussjoni fil-parlament, jippretendi li l-Oppozizzjoni tersaq ‘il quddiem bil-proposti tagħha waqt il-perijodu ta’ kosultazzjoni pubblika u mhux tibqa’ gallarija. L-isfidi ambjentali jingħelbu mhux bl-istqarijiet politiċi iżda b’proposti u inizjattivi konkreti.
Wieħed kien jistennali l-Onor Brincat isemma’ leħnu fuq l-azzjonijiet konkreti li ħa l-Gvern din il-ġimgħa fejn tħabbret, feed-in-tarrif favorevoli li ntlaqghet tajjeb ħafna mill-istakeholders, kif ukoll fetħet skema ġdida għal xiri ta’ pannelli fotovoltajiċi. Biss l-Onor Brincat ma lissen l-ebda kelma fuq azzjonijiet pożittivi intiżi biex ilkoll flimkien ikomplu niġġeneraw enerġija nadifa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow