Jingħata l-Premju Ħaddiem tas-Sena fl-iSptar Monte Karmeli
pr1372
23/07/2010
| Waqt | serata ddedikata għall-ħaddiema tal-iSptar Monte Karmeli is-Sur Angelo Mizzi ingħata l-premju l-Ħaddiem tas-Sena tal-istess sptar filwaqt li t-tim tal-Psychiatric Outpatients ingħata l-premju it-Tim tas-Sena. |
| Is-Sur | Angelo Mizzi jokkupa l-kariga ta’ Senior Tradesman u ġie deskritt bħala persuna eżemplari u flessibbli ħafna fix-xogħol tiegħu. Is-Sur Mizzi, li preżentament jagħti s-servizzi tiegħu fis-Social Centre u fis-Psychiatric Unit tal-iSptar Mater Dei juża wkoll il-ħiliet artistiċi tiegħu biex jgħin lill ta’ madwaru. Il-Kollegi tiegħu ikkumentaw ukoll li ħafna drabi jirnexxielu jiskopri talenti moħbija fl-individwi differenti li huwa jaħdem magħhom u jsib mod kif dawn jitużaw għall-ġid tal-iSptar u l-missjoni tiegħu. |
| It-tim | tas-Psychiatric OutPatients jiltaqa kuljum ma numru kbir ta persuni ġejjijn minn kull qasam tas-soċjeta. Il-Membri ta dan it-tim ġew deskritti bħala effiċjenti ħafna fis-servizzi li jipprovdu filwaqt li jagħmlu dan b’mod professjonali u ferrieħi. Dan minkejja li l-memberi tat-tim jaħdmu f’ċirkostanzi li kultant ikunu diffiċli minħabba n-natura tal-problemi li l-pazjenti tagħhom jiltaqgħu magħhom. |
| Din | is-sebgha edizzjoni tal-ħaddiem tas-sena saret fil-pjazza prinċipali tal-iSptar Monte Karmeli. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990