Left arrow Mur Lura

Ħaddiem tas-Sena Sptar Monte Karmeli – siltiet mid-diskors tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita l-Onor Mario Galea

pr1371
Date Icon 23/07/2010
F’diskors fl-okkażjoni tal-Premju Ħaddiem tas-Senatal-Isptar Monte Karmeli, is-Segretarju Parlamenari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita, l-Onor Mario Galea, qal li f’kull ċirkostanza id-differenza jagħmilha min jaqdmi dmiru sew u jagħmel ftit aktar minn hekk.
Is-Segretarju Parlamentari qal li fil-qasamtas-saħħa mentali huma ħafna dawk li jagħmlu dan.
“F’danil-qasam issib ħaddiema li jagħmlu xogħolom sew u jagħmlu ħafna aktar minn dak li hu mistenni minnhom. Naf dan għax nara b’għajnejja li dak li tagħmlu tagħmluħ b’imħabba u b’impenn għax jimpurtakhom mix-xogħol li tagħmlu.  Jien konvint li permezz ta din il-ħidma missejtu diversi ħajjiet ta’ persuni li lllum, grazzi għalikhom, jinsabu ferm aħjar”, stqarr l-Onor Galea.
Hu qalli t-triq li twassal għas-suċċess ma persuna bi problemi ta’ saħħa mentali, mhix faċli u hija waħda mimlija ostakli. L-Onor Galea irrimarka kif l-istigma li ddur ma dan il-qasam ma taffettwax biss lill-pazjent imma taffettwa wkoll lill-ħaddiem u minħabba f’hekk il-ħidma li ssir ġeneralment ma tkunx apprezzata biżżejjed.
Is-Segretarju Parlamentari qal li saret ħidma biexis-servizz jiġi pprovdut fi ħdan il-komunita u allura tkun aktar viċin lejn min għandu bżonn il-kura u l-pariri relatati filwaqt li l-istess kura tkun aktar aċċessibbli.
“Irridnirrikonoxxi l-ħidma utli li qed issir mill-professjonisti. Bis-saħħa tagħkom komplejn nifirxu s-servizzi f’diversi rħula, mill-Imtarfa sa Raħal Ġdid, Ħal-Kirkop, Bormla u ż-Żejtun fost postijiet oħra.  Is-sena li għaddiet 12,000 persuna użaw is-servizzi fil-komunita, fejn anke d-Day Centres issa qed jintużaw b’mod attiv”.
Il-OnorGalea, qal li lkoll kemm aħna nagħmlu diversi għażliet fil-ħidma li nwettqu u fil-mod li biħ imwettquha.  Filwaqt li hemm min jagħżel l-aktar triq komda, hemm min jagħżel ħidma li tirrikjedi vokazzjoni u ħafna sagrifiċċji u bħal “rollercoaster” toffri mumenti ta’ entużjażmu imma wkoll oħrajn ta biża li kważi jsabbtuk mal-art.  Hu qal li l-ħaddiema li għażlu li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali għażlu triq li mhix faċli imma waħda li ttik ħafna lura.
Hu qalli din l-għażla toffri mumenti sbieħ meta fis-skiet jiġi ċċelebrat suċċess ta persuna li jirnexxielha tegħleb il-problemi ta’ saħħa mentali, imma mumenti ta dieqa wkoll meta l-professjonisti jitilfu xi pazjent li jkunu ikkuraw b’għożża.
Is-Segretarju Parlamentai temm jgħid li x-xogħol lijitwettaq ibiddel il-ħajja ta’ persuna u allura jibqa ħaj tul ħajjet il-persuna imma anke tul-ħajjet il-familjari.  Hu rringrazzja lill-ħaddiema kollha filwaqt li feraħ lill dawk kollha li ġew nominati għall-eżempju kontinwu li qed jagħtu matul il-ħidma tagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow