LAQGĦA TA’ L-ISPEAKER U TAL-PRESIDENT TAL-KUMITAT TAL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ TAL-PARLAMENT MALTI MA’ DELEGAZZJONI MIS-SENAT TAJLANDIŻ
pr1370
23/07/2010
Delegazzjoni ta’ aktar minn għoxrin ruħ, bejn Senaturi u bosta assistenti tagħhom, ilkoll mis-Senat tat-Tajlandja, dalgħodu għamlet żjara ta’ kortesija lill-iSpeaker l-Onor Michael Frendo. Il-viżitaturi Tajlandiżi kienu mmexxija mis-Senatur Nikom Wairatpanij, l-Ewwel Viċi President tas-Senat tat-Tajlandja, u kienet tinkludi lill-Presidenti u Viċi Presidenti ta’ tmien Kumitati Magħżula tas-Senat Tajlandiż. Il-Konslu Onorarju għat-Tajlandja f’Malta, s-Sur William Carbonaro, assista lid-delegazzjoni barranija matul iż-żjara tagħhom fil-Palazz.
| F’kelmtejn ta’ merħba li ta lid-delegazzjoni, | l-iSpeaker Michael Frendo, li tul il-laqgħa kien akkumpanjat mill-President tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Kamra tar-Rappreżentanti, l-Onorevoli Francis Zammit Dimech, qal li kien ta’ sodisfazzjon għalih jilqa’ lill-viżitaturi Tajlandiżi f’dik li kienet l-ewwel żjara minn Parlamentari tat-Tajlandja f’Malta. Huwa għamel riferenza għall-fatt li l-grupp Asjatiku kien jiġbor fih Senaturi minn bosta oqsma importanti fil-ħajja ta’ kuljum ġewwa t-Tajlandja, u din il-firxa ta’ interessi komuni bejn iż-żewġ pajjiżi ħarġet fid-deher waqt id-diskussjoni u l-mistoqsijiet li saru tul il-laqgħa ta’ madwar siegħa li qattgħu t-Tajlandiżi mal-Parlamentari Maltin. |
| “Malta | għandha nteress mhux biss li tgħin sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali mat-Tajlandja, iżda bħala membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea wkoll xtaqet tippromwovi relazzjonijiet eqreb bejn l-istess Unjoni u l-pajjiż Asjatiku”, sostna l-Onorevoli Frendo. L-iSpeaker Malti tkellem ukoll fuq ix-xejriet preżenti tal-ekonomija Maltija, u dwar it-transizzjoni ta’ Malta minn kolonja tal-Gvern Ingliż għal repubblika indipendenti. Huwa fakkar kif, is-sena d-dieħla, il-Parlament Malti se jagħlaq disgħin sena fil-format ta’ tmexxija li għandu llum: kien propju fl-1921 li l-Maltin daqu l-ewwel riżultati pożittivi tal-ġlieda tagħhom għal tmexxija indipendenti ta’ pajjiżhom meta ngħataw id-dritt limitat ta’ Self Government. |
| Fi | skambju animat bejn iż-żewġ naħat, iż-żewġ Parlamentari Maltin wieġbu mistoqsijiet magħmula lilhom mill-viżitaturi Tajlandiżi dwar il-fibra soċjali tal-ekonomija Maltija, il-Miri tal-Millenju dwar l-Iżvilupp, l-popolarita’ ta’ bosta postijiet fit-Tajlandja mat-turisti Maltin, il-benefiċċji soċjali u l-effett tat-tnaqqis fir-rata ta’ twelid, u l-metodi ta’ kif il-poplu jista’ jissieħeb fid-deċiżjonijiet u fid-dibattiti li jseħħu fil-pajjiż fuq livell parlamentari. |
| Il-grupp | mit-Tajlandja għandu jħalli Malta għada s-Sibt fejn sejjer Sqallija għal żjarat kulturali u ta’ studju. Heritage Malta, ħadet ħsieb iddawwar lill-viżitaturi distinti madwar il-Palazz Presidenzjali, u fuq talba tas-Senaturi Tajlandiżi, ingħataw l-opportunita’ li jżuru wkoll is-Sala fejn jiltaqa’ l-Parlament Malti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990