Left arrow Go Back

Ċekkijiet ta’ Kumpens għaż-Żieda fil-Prezz Internazzjonali taż-Żejt (Energy Allowance)

pr1368
Date Icon 23/07/2010
Nharit-Tnejn 26 ta’ Lulju 2010 se jibdew jitqassmu ċ-ċekkijiet ta’ kumpens għall-familji biex jilqgħu għaż-żieda fil-prezzijiet internazzjonali tal-enerġija, kif kien imwiegħed fil-baġit għal din is-sena. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu.
Il-Ministru Tonio Fenech ta spjega tal-kuntest lifih qed tingħata din l-għajnuna, fejn tkellem dwar l-isfidi li għandu quddiemu l-pajjiż, li jrid ikompli jinvesti iktar fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fil-kwalità tal-infrastruttura u s-servizzi li joffri biex ikompli jkun aktar kompetittiv. Dan filwaqt li jibqa’ jassigura s-sostenibbiltà tal-finanzi, biex ikun assigurat li pajjiżna ma jispiċċax fis-sitwazzjoni ta’ numru ta’ pajjiżi Ewropej oħra li ħallew id-dejn tagħhom jisplodi u issa kienu kostretti jimponu miżuri ta’ awsterità, fosthom żidiet fit-taxxi u tnaqqis fl-investiment fis-settur edukattiv u dak soċjali.
TonioFenech qal li f’dawn l-aħħar sentejn, rajna l-prezz internazzjonali taż-żejt jiżdied u kien hemm bżonn li t-tariffi jiġu riveduti biex il-konsumatur ikun jaf kemm hu verament il-prezz tal-enerġija. Kien hemm ħtieġa li jkun inċentivat il-konsum responsabbli u titnaqqas il-ħela.
Fl-istess waqt, il-Gvern ried jassigura li tingħatal-għajnuna neċessarja biex itaffi l-impatt taż-żieda fil-prezz tal-enerġija. Filwaqt li fil-każ tan-negozji, il-Gvern poġġa bil-qiegħda mar-rappreżentanti tagħhom, u wasal fi ftehim settorjali, skont il-bżonnijiet, fil-każ tal-familji, kif imħabbar fil-baġit, se tkun qed tintbagħat energy allowance skont id-daqs tal-familja.
Din l-allowanceqed tingħata skont id-daqs tal-familja. Kull familja se tingħata €30 u magħha jiżdiedu €25 għal kull persuna li hemm fid-dar. Dan qed jingħata lil dawk il-familji kollha li qagħdu attenti għall-konsum tagħhom, u ma qabżux l-10,000 unit. Il-Ministru spjega li din se tfisser investiment ta’ €11-il miljun, li jfisser li l-Gvern se jkun qed jalloka miljun ewro aktar minn dak li preveda fil-baġit. Dan għaliex in-numru ta’ familji li fil fatt waqgħu taħt l-ammont indikat, fil fatt żdied.
Danbarra li għad hemm 28,000 familja li jirċievu l-energy benefit, u li dawn huma l-familji li l-aktar għandhom bżonn biex ikollhom tnaqqis mill-kont tagħhom. Fid-dawl tar-reviżjonijiet riċenti fil-prezz tal-gass, dan il-benefiċċju wkoll kien miżjud fil-ġimgħat li għaddew.
Metatqis dawk il-familji li se jgawdu mill-energy allowance, u dawk li qegħdin fuq l-energy benefit, b’kollox ifisser li madwar 97% tal-familji Maltin ikunu qed igawdu minn xi forma ta’ għajnuna.
L-effetttar-riforma fit-tariffi kellha wkoll il-vantaġġ li tnaqqis il-konsum, ħafna drabi bi tnaqqis fil-ħela, li huwa ta’ vantaġġ għall-ambjent li ngħixu fih. F’dan ukoll il-Gvern għamel il-parti tiegħu.Il-Gvern jinċentiva lil min juża l-enerġija b’għaqal permezz ta’ inizjattivi bħall-eko-riduzzjoni fejn wieħed jista’ jiffranka sa 25% fuq il-konsum tal-enerġija. Dan barra aktar għajnuniet lill-familji biex jinvestu f’apparat li juża l-enerġija alternattiva, bħalma huma s-solar water heaters, kif ukoll it-tqassim tal-bozoz lill-familji kollha.
Għalaktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 188.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow