Iżjed Fiduċja fil-Kunsilli Lokali
pr1366
23/07/2010
| Il-Gvern illum issokta | bil-politika ta’ devoluzzjoni lil iżjed entitajiet li tirriżulta f’investiment għall-komunitajiet tagħna. Din id-darba kien imiss il-Kunsill Lokali tas-Swieqi li d-Dipartiment tal-Artijiet għaddielu Tennis Court u Club House ġewwa Triq il-Ħemel fiċ-ċentru tal-lokalita`. Is-Segretarju Parlamenatri għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika Chris Said ippresedew iċ-ċerimonja tal-iffirmar uffiċjali. |
| Is-Segretarju | Parlamenatri Jason Azzopardi qal li permezz ta’ kull devoluzzjoni li jagħmel il-Gvern, ikun qed jagħti vot ta’ fiduċja lill-Kunsilli Lokali, għax tassew jemmen fil-ġid li dawn kapaċi jagħmlu. Dan joħroġ ċar minn proġetti kreattivi li diversi kunsilli lokali huma kapaċi jipproponu għall-ġid tal-lokal tagħhom. Għalhekk joħroġ naturali li l-Gvern jinkoraġġixxi dawn l-inizzjattivi. Hekk ġara din is-sena, fejn minn Jannar sa Lulju saru diġa` rekord ta’ 24 devoluzzjoni ta’ proprjeta` lil Kunsilli Lokali. Dan huwa id-doppju tan-numru totali ta’ devoluzzjonijiet li saru fit-tnax-il xahar tal-2009, li kienet diġa` sena rekord. |
| F’dan il-każ, il-Kunsill | Lokali tas-Swieqi qed jiġi fdat bit-tmexxija tal-Club House u it-Tennis Court ġewwa Triq il-Ħemel biex dawn il-faċilitajiet jiġu żviluppati u aċċessibbli għal faxex usa’ tal-komunita` tas-Swieqi. Is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi saħaq li dan isegwi l-ħsieb ewlieni wara l-politika ta’ devoluzzjoni – li kunsilli lokali u entitajiet oħra bosta drabi jkunu f’pożizzjoni aħjar li jagħmlu l-aqwa użu minn proprjeta` fil-lokal. Dan huwa tajjeb u l-Gvern jikkonfermah b’rekord ta’ devoluzzjonijiet iffirmati. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said qal li l-Gvern qed jgħin bis-sħiħ lill-Kunsilli Lokali biex iwettqu ħidma b’riżq il-komunitajiet li jirrappreżentaw. Il-politika ta’ devoluzzjoni li minnha gawda wkoll il-Kunsill Lokali tas-Swieqi hi għajnuna ta’ din ix-xorta. Issa jmiss li l-Kunsill Lokali tas-Swieqi jagħmel użu mill-Fond għall-Iżvilupp Urban biex iwettaq proġett ta’ tisbiħ li minnu jgawdu r-residenti kollha. Huwa qal ukoll li l-Kunsill Lokali tas-Swieqi ingħata mijiet ta’ eluf ta’ ewro biex jibni mill-ġdid 21 triq fil-Madliena. Dan ix-xogħol se jsir bħala parti minn proġett pilota li minnu qed igawdu wkoll il-Kunsilli Lokali tal-Imqabba u Ħal Kirkop. Ix-xogħol fit-toroq tal-Madliena mistenni jibda f’qasir żmien hekk kif it-tender diġa ġie aġġudikat. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said ħabbar ukoll | li biċċa art mitluqa li tinsab fi Triq il-Keffa kienet esproprjata mill-Gvern u issa għaddejjin id-diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Kunsill Lokali biex din tinbidel fi spazju miftuħ. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990