INVESTIMENT DIRETT FIL-KOMUNITAJIET
pr1363
23/07/2010
| Il-Gvern qed ikompli | jinvesti fiż-żoni residenzjali u dan billi qed ikompli jgħaddi aktar proprjeta’ pubblika lill-Kunsilli Lokali biex jagħmlu użu minnhom fl-interess tar-residenti. Wara li ftit tax-xhur ilu, id-Dipartiment tal-Artijiet għadda lill-Kunsill Lokali tar-Rabat f’Għawdex ġnien pubbliku fiċ-ċentru tal-lokalità, issa kien imiss li tgħaddi b’devoluzzjoni kjosk fl-istess ġnien. F’qasir żmien kemm il-kjosk kif ukoll il-ġnien se jkunu parti ntegrali minn proġett ta’ tisbiħ li se jsir f’dan l-ispazju għar-rikreazzjoni ewlieni fil-qalba tal-komunità Għawdxija. |
| Id-devoluzzjoni | tal-kjosk saret waqt żjara li l-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono, is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said għamlu fil-ġnien. Huma ntlaqgħu mis-Sindku tar-Rabat Samuel Azzopardi. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Jason Azzopardi qal li din hija waħda minn 24 devoluzzjoni li saru minn Jannar ‘l hawn, jiġifieri f’sena rekord ta’ inizjattivi ta’ dan it-tip. Huwa saħaq li l-Gvern jagħti importanza kbira u jħaddan politika ta’ devoluzzjoni għax permezz tagħha jkun qed isir investiment dirett fil-komunitajiet tagħna.Is-Segretarju Parlamentari Azzopardi qal li għal darb’oħra l-Gvern qed jidħol bi sħab ma’ Kunsill Lokali ieħor li bl-entużjażmu u l-ħeġġa tiegħu qed joffri servizz lill-komunità. Hekk kif ġara f’numru ta’ siti oħra, dan iservi biex din iż-żona li testendi għal 4,683 metru kwadru ser tasal biex tkun imsebbħa għat-tgawdija tal-familji Rabtin, u dawk li jżuru r-Rabat. Jason Azzopardi saħaq li l-Gvern jinkoraġġixxi inizjattivi bħal dawn, u dan jagħmlu b’mod konkret. Fil-każ tad-devoluzzjoni tal-ġnien, il-Kunsill Lokali tar-Rabat iħallas kirja annwali mnaqqsa, minn dik li l-Gvern seta’ jdaħħal kieku krieh b’mod kummerċjali. Id-differenza bejn il-valur kummerċjali u dak li ser iħallas il-Kunsill tar-Rabat għall-ġnien, hi ta’ qrib l-għoxrin elf ewro fis-sena. Il-Gvern jemmen li dawn il-flus mhux ser jintilfu iżda se jkunu investiti fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-lokalità. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said tkellem dwar l-impenn tal-Gvern li jkompli jgħin lill-Kunsilli Lokali b’diversi modi biex itejbu l-infrastruttura fil-lokalitajiet tagħhom u b’hekk igawdu l-komunitajiet li jirrappreżentaw. Hu qal li l-ġnien u l-playing field partikolari f’Għawdex jinsabu fil-qalba tal-komunità Rabtija u jintużaw minn eluf ta’ Għawdxin kif ukoll turisti u viżitaturi Maltin fis-sena. Il-bżonn li l-faċilitajiet jitjiebu kien ilu jinħass u Chris Said fisser ruħu persważ li din id-devoluzzjoni se twassal biex il-Kunsill Lokali jilħaq l-għan tiegħu li jtejjeb il-prodott turistiku tal-lokalità u tal-gżira Għawdxija. |
| Il-Ministru għal | Għawdex Giovanna Debono fakkret kif il-Gvern permezz tal-Ministeru għal Għawdex ikkollabora flimkien mal-Kunsilli Lokali Għawdxin matul is-snin u kif illum dawn huma ta’ servizz validu għar-residenti fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Hija semmiet li l-proġett propost fl-inħawi tal-playing field mill-Kunsill lokali tar-Rabat ser ikun qed jikkumplimenta l-proġett li bħalissa l-Ministeru għal Għawdex qed jikkordina fil-ġnien villa Rundle li jinsab fil-viċin. B’hekk ser ikun qed jinħoloq spazju attraenti li joffri ambjent naturali u sigurtà għat-tfal ta’ l-inħawi kif ukoll għal bosta viżitaturi lokali u barranin li jżuru lil dan iċ-ċentru kummerċjali fil-gżira ta’ Għawdex kuljum. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990