Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CLYDE PULI, INIEDI T-TIENI EDIZZJONI TAL-KONKORS TA’ KITBA: “LETTERATURA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

pr1359
Date Icon 22/07/2010
Is-SegretarjuParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, nieda t-tieni edizzjoni tal-konkors ta’ “Letteratura għaż-Żgħażagħ” bil-għan li tiżdied il-varjetà ta’ kitba bil-Malti għaż-żgħażagħ adoloxxenti.
F’konferenza ta’ l-aħbarijietis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli, qal li dan il-proġett ser jkompli jagħti opportunità biex fuq medda ta’ snin tiżdied il-letteratura għaż-żgħażagħ adoloxxenti (12-17-il sena). Minħabba s-suċċess tal-ewwel edizzjoni, fejn 28 konkorrent issottomettew it-testi tagħhom, il-gvern ser ikun qed iżid l-investiment f’dan il-proġett għal €11,000.
Clyde Puli qal li l-awturiqed ikunu mistiedna li jissottomettu l-manuskritti tagħhom sal-10 ta’ Novembru 2010 biex la darba, jagħlaq iż-żmien tas-sottomissjonijiet il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, jaħtar ġurija esperta biex tiġġudika l-aħjar xogħlijiet. Il-ġurija esperta ser tagħżel żewġ testi rebbieħa bl-iskop li tippublikahom. Il-kittieba rebbieħa ser ikunu qed jiġu premjati €1,000 u trofew kommemorattiv kull wieħed.
Bl-għan li danil-konkors iħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ kittieba żgħażagħ, ser jerġa’ jingħata il-premju speċjali lil dak l-awtur żagħżugħ ta’ bejn it-13 u t-30 sena, li jkollu l-aħjar biċċa xogħol ta’ kitba. Dan il-premju ser ikun qed jikkonsisti f’ € 500 filwaqt li jingħata’ l-possibilità li jiltaqa’ ma’ pubblikaturi li jgħinuh biex itejjeb il-kitba tiegħu għall-futur.
Min-naħa tiegħul-President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Dr. Ġorġ Mallia, spjega kif l-awturi parteċipanti għandhom jiktbu manuskritt bil-Malti ta’ bejn 20,000 u 25,000 kelma skont ir-regolamenti stabbiliti.
Dr. Mallia ħabbar liż-żewġ pubblikaturi tat-testi rebbieħa tal-ewwel edizzjoni huma Merlin Library u Klabb Kotba Maltin.
L-awturi rebbieħatal-ewwel edizzjoni huma Simon Bartolo bil-manuskritt ‘Kliem ir-Riħ’ u Rita Saliba bil-manuskritt ‘Inżul ix-Xemx’. Ir-rebbieħ żagħżugħ tal-ewwel edizzjoni tal-Konkors kien Rene’ Cilia bil-manuskritt ‘Ħalluhom Jgħidu l-Kbar’.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow