IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CLYDE PULI, INIEDI T-TIENI EDIZZJONI TAL-KONKORS TA’ KITBA: “LETTERATURA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
pr1359
22/07/2010
| Is-Segretarju | Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, nieda t-tieni edizzjoni tal-konkors ta’ “Letteratura għaż-Żgħażagħ” bil-għan li tiżdied il-varjetà ta’ kitba bil-Malti għaż-żgħażagħ adoloxxenti. |
| F’konferenza ta’ l-aħbarijiet | is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli, qal li dan il-proġett ser jkompli jagħti opportunità biex fuq medda ta’ snin tiżdied il-letteratura għaż-żgħażagħ adoloxxenti (12-17-il sena). Minħabba s-suċċess tal-ewwel edizzjoni, fejn 28 konkorrent issottomettew it-testi tagħhom, il-gvern ser ikun qed iżid l-investiment f’dan il-proġett għal €11,000. |
| Clyde Puli qal li l-awturi | qed ikunu mistiedna li jissottomettu l-manuskritti tagħhom sal-10 ta’ Novembru 2010 biex la darba, jagħlaq iż-żmien tas-sottomissjonijiet il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, jaħtar ġurija esperta biex tiġġudika l-aħjar xogħlijiet. Il-ġurija esperta ser tagħżel żewġ testi rebbieħa bl-iskop li tippublikahom. Il-kittieba rebbieħa ser ikunu qed jiġu premjati €1,000 u trofew kommemorattiv kull wieħed. |
| Bl-għan li dan | il-konkors iħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ kittieba żgħażagħ, ser jerġa’ jingħata il-premju speċjali lil dak l-awtur żagħżugħ ta’ bejn it-13 u t-30 sena, li jkollu l-aħjar biċċa xogħol ta’ kitba. Dan il-premju ser ikun qed jikkonsisti f’ € 500 filwaqt li jingħata’ l-possibilità li jiltaqa’ ma’ pubblikaturi li jgħinuh biex itejjeb il-kitba tiegħu għall-futur. |
| Min-naħa tiegħu | l-President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Dr. Ġorġ Mallia, spjega kif l-awturi parteċipanti għandhom jiktbu manuskritt bil-Malti ta’ bejn 20,000 u 25,000 kelma skont ir-regolamenti stabbiliti. |
| Dr. Mallia ħabbar li | ż-żewġ pubblikaturi tat-testi rebbieħa tal-ewwel edizzjoni huma Merlin Library u Klabb Kotba Maltin. |
| L-awturi rebbieħa | tal-ewwel edizzjoni huma Simon Bartolo bil-manuskritt ‘Kliem ir-Riħ’ u Rita Saliba bil-manuskritt ‘Inżul ix-Xemx’. Ir-rebbieħ żagħżugħ tal-ewwel edizzjoni tal-Konkors kien Rene’ Cilia bil-manuskritt ‘Ħalluhom Jgħidu l-Kbar’. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990