STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
pr1353
21/07/2010
| B’referenza | għall-istaqarrija ta’ Dr. Charles Mangion, Kelliem Ewlieni dwar il-Finanzi għall-Oppożizzjoni, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment irid jiċċara li: |
| 1. Il-Gvern kien | ddikjara li l-offerti li saru ma kienux sodisfaċenti sa mit-2 ta’ Frar 2010. Stqarrija maħruġa dakinhar kienet tgħid li: “fir-rigward tal-faċilitajiet tas-Super Yacht Yard, il-Ministru Fenech saħaq li ebda waħda mill-offerti ma kienet sodisfaċenti, u minkejja li ntalab li jsir re-bidding għal din il-faċilità, il-Gvern xorta ma kienx sodisfatt bil-valur miksub għall-faċilità u ddeċieda li jtemm dan il-proċess. Dwar dan il-bidders kienu infurmati. Dwar is-shipbuidling, il-Ministru Fenech qal li barra li l-offerti huma taħt l-istennijiet, mill-offerti u l-proposti li saru jidher li hemm il-ħtieġa li terġa’ ssir valutazzjoni ta’ kif il-pajjiż jista’ jikseb l-aħjar valur minn din il-faċilità strateġika. |
| 2. M’hemm l-ebda | rabta bejn il-proċess ta’ privatizzazzjoni preċedenti u dan il-proċess, għajr għall-fatt li huma l-istess facilità; |
| 3. It-tkomplija | tal-proċess ta’ privatizazzjoni tat-tarzna tfisser aktar investiment privat u ħolqien ta’ impjiegi ġodda. Bil-privatizazzjoni tat-tarzna intemm il-pajjiż se jkun jista’ jinvesti flus li kienu jmorru f’sussidju f’investimenti aktar produttivi u f’inizjattivi soċjali. Jidher li l-Oppożizzjoni trid li tipprova tfixkel dan il-proċess. |
| 4. Il-proċess ta’ | privatizzazzjoni jitmexxa mill-Privitisation Unit, liema Unit mhuwiex taħt investigazzjoni, u li ma saru l-ebda allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu; u |
| 5. Il-persuna | fil-MIMCOL li għaliha qed tirreferi l-istqarrija tal-Partit ta’ l-Oppożizzjoni, u li qegħda taħt investigazzjoni, hija sospiża sakemm jispiċċaw l-investigazzjonijiet mill-puluzija, u għaldaqstant mhux se tkun involuta fil-proċess il-ġdid. |
| Hija ħasra li l-Oppozizzjoni | tipprova twaqqaf, itappan jew tfixkel kull inizjattiva pożittiva ta’ dan il-Gvern, inkluż proġetti bħall-iSports and Leasure White Rocks Village, il-privatizzazzjoni tal-faċilitajiet tat-Tarzna, u tant inizjattivi u proġetti oħra billi titfa’ dubji u suspetti fejn m’hemmx lok għalihom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990