KORS LI JWASSAL GĦAL ĊERTIFIKAT TA’ CARE ASSISTANT
pr1344
21/07/2010
| Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura | fil-Komunita` qiegħed jerġa’ jilqa’ applikazzjonijiet għall-kors ta’ taħriġ teoretiku u prattiku li jwassal għall-Ċertifikat ta’ Care Assistant. Il-kors li se jibda fit-13 ta’ Settembru 2010 huwa fuq bażi full time għal erba’ xhur. It-taħriġ teoretiku u prattiku jkun mit-Tnejn sal-Ġimgħa. |
| Din hija inizjattiva li | għandha twassal lil persuna biex ‘il quddiem tkun tista’ taħdem fil-qasam interessanti tal-anzjani f’pajjiżna. |
| L-applikazzjonijiet se jkunu qed jiġu | aċċettati strettament minn nhar it-Tnejn, 2 ta’ Awwissu 2010sal-Ġimgħa, 13 ta’ Awwissu 2010 bejn id-9.00am u nofsinhar. Kull applikazzjoni għandha tasal (bl-idejn jew bil-posta) fis-Sezzjoni tal-Accounts, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`, Ċentru Ħidma Soċjali, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera. |
| Ma’ kull applikazzjoni | importanti li wieħed jinkludi Ċertifikat tal-Kondotta tal-Pulizija, School Leaving Certificate, kif ukoll kopji taċ-Ċertifikati Akkademiċi. Dawn flimkien ma’ pagament ta’ 75 Euro li jingħataw lura jekk il-persuna ma tintagħżilx biex issegwi l-kors. Il-pubbliku jista’ jikseb aktar informazzjoni fuq in-numru tat-telefon: 22788000. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990