Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KONSUMATUR, KOMPETIZZJONI ĠUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

pr1340
Date Icon 20/07/2010

Is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Konsultazzjoni Pubblika, filwaqt li jinnota l-appell li sar mill-MHRA u mill-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija aktar kmieni llum, jiccara li l-Gvern, anki din id-darba, fil-kaz tan-nomini ghall-EESC, mexa fuq il-prassi li ntużat fis-snin li għaddew. Dawn in-nomini saru fuq l-istess kriterji u prinċipji li ntużaw sa minn meta Malta bdiet tinnomina membri għal dan il-Kumitat, sitt snin ilu.

Il-Gvern irċieva tliet nomini biex jimtlew iż-żewġ postijiet riservati għal min iħaddem fuq l-EESC. Dawn it-tliet nomini intbagħtu mill-MCESD lill-Gvern f’żewġ listi separati. Lista minnhom kienet tissuġġerixxi lis-Sur Stefano Mallia u lis-Sur Lawrence Mizzi, filwaqt li l-lista l-oħra kienet tissuġġerixxi lis-Sur Vince Farrugia. Mit-tliet ismijiet il-Gvern għażel iż-żewġ membri biex jirraprezentaw lil min iħaddem fl-EESC.

Il-Gvern jirrikonoxxi r-rwol importanti li għandhom l-għaqdiet ta’ min iħaddem fid-djalogu soċjali f’pajjiżna u jħeġġiġhom biex ikompli jagħtu s-sehem tagħhom għall-ġid ta’ pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow