Left arrow Mur Lura

ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN TA' MALTA

pr1339
Date Icon 20/07/2010
a)€100,000,000 Stock  tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax fissa suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar b’massimu ta’ €50,000,000; u
b)€30,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta bir-rata li Tvarja, kif ġej:-
(i)3.75% Stock tal-Gvern ta' Malta 2015 (VI) Fungibility Issue, u
(ii)5.25% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2030 (I) Fungibility Issue, jew
f’ammontimiż-żewġStocks b’valur nominali flimkien ta’ Euro100,000,000; u
(iii)Stock tal-Gvern ta’ Malta 2013 (VI) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur.
Il-prezztaż-żewġ Stocks imsemmija f’(i) u (ii) għandu jiġi stabbilit il-Ħamis, 29 ta’ Lulju, 2010.  Il-prezz jiġi mħabbar lill-Borża ta’ Malta u ppubblikat fil-ġurnali ta’ kuljum u permezz ta’ Press Release maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).
L-applikazzjonijietjifthu nhar it-Tnejn  2 ta’ Awwissu, 2010  u jagħlqu fil-ħinijiet u d-data kif hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General :
(i)fil-5.00pm l-Erbgħa 4 ta’ Awwissu, 2010 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, u
(ii)nofsinhar il-Ġimgħa 6 ta’ Awwissu,  2010 għall-applikazzjonijiet li jkunu  magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.
Il-formolital-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment.  Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett relattiv li jista’ jitniżżel minn fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt).

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow