Left arrow Go Back

PASS SINIFIKANTI IEĦOR FIS-SAĦĦA MENTALI

pr1338
Date Icon 20/07/2010
Permezz ta’ ftehim li sar mill-isptar Monte Carmelimal-Awtorita` tad-Djar, 4 persuni li esperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali issa se jkunu jistgħu jerġgħu jintegraw ruħhom fil-komunita` billi jgħixu flimkien fi flat mgħammar b’kollox.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kurafil-Komunita` l-Onor Mario Galea, spjega li dawn l-4 persuni ħadu l-kura li kellhom bżonn, imma għal raġunijiet differenti ma għandhomx fejn joqogħdu.  Permezz ta’ dan il-ftehim, l-Awtorita` tad-Djar qed tgħaddi flat fis-sena lill-Isptar Monte Carmeli biex jintużaw minn dawk li ma għandhomx għalfejn jibqgħu l-isptar Monte Carmeli, u allura jkunu jistgħu jintegraw fil-komunita`.
L-Onor Galea spjega li dan il-proċess ta’riabilitazzjoni jibda minn żmien qabel mal-persuni jidħlu fil-flat.  Filfatt, wara li l-persuni jintgħażlu mit-tim multi dixxiplinarju li jipprovdilhom il-kura, jingħataw ukoll bħal taħriġ li permezz tiegħu jirkupraw ħiliet li wieħed ikollu bżonn biex jgħix fil-komunita`.
Danjinkudi kif per eżemplu wieħed juża ATM u wkoll kif iqassam il-flus li jkollu b’mod effiċjenti.
Warali l-persuni jmorru jgħixu fil-flat, infermiera u social workers, li jiffurmaw parti minn dak li jissejjaħ outreach team, iżuru l-persuni biex jaraw kif ikunu qed jgħixu u naturalment ituhom il-pariri relatati.
“Frixna is-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunita`,u s-sena li għaddiet 12,000 persuna ħadu l-kura li kellhom bżonn fil-lokalitajiet differenti li fihom qed noffru dawn is-servizzi” qal l-Onor. Galea.
Is-Segretarju Parlamentari ħabbar ukoll li fl-aħħarġimgħat sar ftehim mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Kirkop biex mill-bini tal-kunsill stess jibda jingħata servizz ta’ kura għall-problemi ta’ saħħa mentali.  Ftehim simili sar ukoll biex is-servizzi jibdew jingħataw anke minn Raħal Ġdid.
L-Onor Galea temm jgħid li llum hawn ftit aktar minn100 professjonist tas-saħħa mentali li qed jaħdmu fil-komunita`.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow