Left arrow Mur Lura

AVVIŻ PRELIMINARI DWAR SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-PROGRAMM ESPON 2013

pr1336
Date Icon 20/07/2010

Id-Dipartiment għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jixtieq jinforma lill-partijiet kollha interessati dwar it-tnedija tas-Sejħa għall-Proposti li tmiss taħt il-Programm ESPON 2013.

Il-Programm ESPON 2013 huwa kofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u l-pajjiżi msieħba li huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Isvizzera. L-għan ta’ dan il-programm hu li jkun ta’ sostenn għall-iżvilupp tal-politika f’dak li għandu x’jaqsam mal-koeżjoni territorjali u l-mekkaniżmi mmirati lejn żvilupp armonjuż tat-territorju Ewropew. ESPON għandu jgħin l-Iżvilupp tal-Politika ta’ Koeżjoni b’informazzjoni, komparabbli, evidenza, analiżi u xenarji mill-Ewropa kollha dwar qafas ta’ kundizzjonijiet għall-iżvilupp tar-reġjuni, bliet u territorji akbar.  B’hekk il-programm għandu jiffaċilita’ l-mobilizzazzjoni ta’ kapital territorjali u opportunitajiet ta’ żvilupp u b’hekk ukoll jikkontribwixxi biex itejjeb il-kompetittivita’ Ewropea, għat-tkabbir u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni territorjali ewropea u għal żvilupp bilanċjat u sostenibbli.

Xjentisti, esperti, rappreżentanti tal-universitajiet, istituti ta' riċerka, u kumpaniji minn 31 pajjiż Ewropew huma mistiedna biex jieħdu sehem f'dawn il-proġetti ġodda tal-ESPON. Il-baġit allokat għal din is-sejħa jammonta għal €1,950,000

Is-sejħa għall-proposti tiftaħ fl-24 ta’ Awissu 2010 u d-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-proposti hija d-19 ta’Ottubru 2010.

Is-sejħa tinkludi li ġejjin:

  1. Sejħa għal Proposti għall-Analiżi Immirati (Prijorita’ 2 tal-Programm ESPON 2013). 2 temi, €650,000.

L-Analiżi Immirati jiġu definiti mill-imsieħbali se jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-proġett. Dan huwa tip ta’ proġett ġdid fil-programm tal-ESPON li jappoġġja l-użu tar-riżultati eżistenti tal-ESPON fi sħubija ma’ gruppi differenti ta’ stakeholders.  Il-ħiliet meħtieġa biex isiru l-analiżi jinstabu wara Sejħiet għall-Proposti bbażati fuq I-Ispeċifikazzjonijiet tal-Proġetti kif żviluppati mill-imsieħba involuti u l-ESPON f'kollaborazzjoni mill-qrib ma’ xulxin.

Il-Proġetti għandhom jindirizzaw it-temi t’ Analiżi Immirati li ġejjin:

Sejħiet għall-Proposti għall-Analiżi Immirati taħt il-Prijorita’ 2

Baġit Disponibbli

ADES – Ajruporti u l-ixpruni tas-Suċċess Ekonomiku fir-Reġjuni Periferali

€300,000

AMCER - Sorveljanza u Koordinazzjoni avvanzati tal-Politika tar-Riċerka u Żvilupp (R&Ż) tal-UE fil-livell Reġjonali

€350,000

  1. Sejħa għal Proposti fil-Pjattaforma Xjentifika tal-ESPON (Prijorita’ 3 tal-Programm ESPON 2013). €1,300,000.

Il-Pjattaforma Xjentifika (Prijorità 3 tal-Programm ESPON) tirrappreżenta element ewlien fil-bażi ta' għarfien li qed jinħoloq mill-ESPON. Il-Proġetti li jitwettqu għandhom jikkontribwixxu b’fatti konkreti u metodoloġiji li se jappoġġjaw l-evidenza ta' kwalità fil-proċessi ta żvilupp tal- politika. Barra minn hekk, għandhom jikkontribwixxu għall-bini ta' datasets Ewropej, indikaturi u għodda li jikkostitwixxu bażi għall-komunità xjentifika fil-qasam tax-xjenza territorjali Ewropea.

B’sostenn għall-Pjattaforma Xjentifika taħt attivitajiet tal-ESPON, is-Sejħa għal Proposti għal proġett wieħed se tiftaħ fl-24 ta’ Awissu 2010. It-tema ta' dan il-proġett hija:

- Proġett ESPON Database – it-tieni fażi

Id-dokumentazzjoni kollha relatata mas-sejħiet, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tal-proġetti, il-proċedura għall-applikazzjoni, ir-regoli tal-eliġibilita’, il-kriterji tal-evalwazzjoni u l-materjal li għandu jiġi sottomess, se jkunu disponibbli fuq s-sit elettroniku tal-ESPON (www.espon.eu) sal-24 ta’ Awissu 2010.

Benefiċjarji potenzjali għal din is-sejħa huma entitajiet pubbliċi u privati.

Aktar informazzjoni dwar dawn is-sejħiet tista’ tinkiseb mis-siti elettronici www.espon.eu, www.ppcd.gov.mt, jew billi tikkuntattja lid-Dipartiment għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fuq info.ppcd@gov.mt.

B’konnessjoni mas-sejħa għall-applikazzjonijiet, il-Programm ESPON 2013 qed jorganizza Jum ta’ Informazzjoni u Partner Cafe  fit-8 ta' Settembru 2010 fi Brussell.

Hemm żewġ skopijiet għal Jum ta’ Informazzjoni u l-Partner Cafe:

  1. Biex jiffaċilitaw t-tnedija tas-sejħiet billi jipprovdu informazzjoni dwar l-oqsma ta’ riċerka u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi l-opportunitajiet ta’ finanzjament ġdid;
  2. Biex jippromwovu l-possibilitajiet tan-networking bejn l-imsieħba potenzjali tal-proġetti u biex jispiraw proġetti ġodda fuq it-tema prinċipali proposta għall-avveniment.

L-avveniment huwa miftuħ għall-benefiċjarji potenzjali kollha interessati li jsiru jafu aktar dwar l-opportunitajiet biex wieħed jieħu sehem fl-attivitajiet tal-proġetti ESPON.

Ir-reġistrazzjoni għall-Jum tal-Informazzjoni u l-Partner Cafe se tiftaħ fil-jiem li ġejjin fuq is-sit elettroniku tal-ESPON:

http://www.espon.eu/main/Menu_Calls/Menu_Calls/Menu_Pre-Announcement/PreAnnouncement280610.html?currentPage=3).

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow