Mużika Klassika taħt l-istilel mal-Orkestra Filarmonika
pr1334
20/07/2010
| It-Tlieta, 27 ta’ Lulju, l-Orkestra Filarmonika | Nazzjonali ser ittemm l-istaġun 2009-2010 b’kunċert fil-ġonna tal-Palazz tal-Girgenti (limiti tas-Siġġiewi). Dan il-kunċert, li ser jittella’ taħt il-patroċinju tal-Onor. Prim Ministru Lawrence Gonzi u s-Sinjura Gonzi, huwa attivita` oħra f’sensiela ta’ inizjattivi li qed tieħu l-orkestra bil-għan illi tressaq aktar udjenzi lejn il-mużika klassika u tilħaq nies li mhux soltu jmorru jaraw kunċerti orkestrali fit-teatri. Din l-istrateġija diġa rat lill-orkestra tagħti sensiela ta’ kunċerti edukattivi għat-tfal f’April li għadda kif ukoll tliet kunċerti ta’ mużika sagra fil-knejjes parrokjali tal-Qawra, l-Isla u Birkirkara ix-xahar li għadda. |
| Dan | il-kunċert għandu l-għan li jilħaq lill-membri tal-familja kollha, mill-kbar saż-żgħar, u jkun esperjenza edukattiva u rikreattiva unika. L-għażla ta’ mużika għal dan il-kunċert tirrifletti din il-filosofija u għaldaqstant tinkludi uħud mis-siltiet l-aktar popolari fir-repertorju klassiku ta’ kull żmien. L-orkestra, taħt id-direzzjoni ta’ Michael Laus, ser tagħti lill-udjenza xogħolijiet popolari bħall-Overture Light Cavalry ta’ Suppé, Żifniet Ungeriżi ta’ Brahms, siltiet mill-aktar opra famuża ta’ Bizet Carmen u l-Overture La Gazza Ladra ta’ Rossini. F’dan il-kunċert ser tipparteċipa ukoll il-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta (Direttur: Kaptan John Ivan Borg) fil-Festival Overture ta’ Shostakovicth, il-Marċ Pomp and Circumstances No. 1 u, f'dak li hu meqjus bħala l-aktar xogħol popolari ta’ Tchaikovsky, l-Overture1812. |
| Dan il-kunċert “Classics | under the Stars” jibda fit-20:30 u huwa b’xejn. Biljetti għal dan il-kunċert jistgħu jinkisbu mill-Berġa ta’ Kastilja il-Belt Valletta (dħul minn Triq San Pawl) mill-Ħamis 22 ta’ Lulju. Ilbies għal dan il-kunċert jista’ jkun informali. Iz-zona tal-palazz toffri spazju komdu għall-parkeġġ u ser ikun hemm servizz shuttle b’minivan li jwassal lill-pubbliku sad-daħla prinċipali tal-Palazz. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990