STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KONSUMATUR, KOMPETIZZJONI ĠUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA
pr1333
19/07/2010
| Is-Segretarjat Parlamentari | għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika jirreferi għall-istqarrija maħruġa mill-Assocjazzjoni ta’ Min Iħaddem. |
| Il-Gvern irċieva tliet nomini biex | jimtlew iż-żewġ postijiet riservati għal min iħaddem fuq il-kumitat tal-ECOSOC. Dawn it-tliet nomini intbagħtu lill-MCESD f’żewġ listi separati. LIsta minnhom kienet tissuġġerixxi lis-Sur Stefano Mallia u lis-Sur Lawrence Mizzi, filwaqt li l-lista l-oħra kienet tissuġġerixxi lis-Sur Vince Farrugia. Mit-tliet ismijiet il-Gvern għażel iż-żewġ membri biex jirraprezentaw lil min iħaddem fl-ECOSOC. |
| Fl-għażla li saret il-Gvern ta każ | tal-fatt li n-nomini daħlu minn żewġ sorsi differenti. |
| Is-Segretarjat Parlamentari jrid li | d-Djalogu Socjali f’pajjiżna jissaħħaħ u għalhekk jistieden lil Assocjazzjoni ta’ Min Iħaddem biex kif għamlet fil-passat tkompli tagħti kontribut validu tagħha fl-iżvilupp ta’ pajjiżna permezz tas-sehem tagħha fid-djalogu soċjali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990