Stqarrija Tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xogħol u l-Familja
pr1326
18/07/2010
Terġa tiġi miċħuda qlajja’ tal-Oppożizzjoni
| Mhux | veru li se jkun hemm xi ħlasijiet għat-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali, kif reġa’ qal il-Kap tal-Oppożizzjoni dal-għodu. |
| F’dawn iż-żminijiet l-istudenti, bl-appoġġ | tal-ġenituri tagħhom ikunu qed jagħmlu għazliet tas-suġġetti li jkunu jridu jistudjaw fil-livell sekondarju. Ir-ripetizzjoni ta’ qlajjiet foloz huma kundannabbli għaliex jistgħu joħolqu ansjeta’ għal xejn fost l-istudenti u l-familji tagħhom. |
| Il-Ministeru | tal-Edukazzjoni, x-Xogħol u l-Familja, permezz tas-servizzi edukattivi li joffri, jagħti kull appoġġ lill-istudenti infushom u lill-ġenituri biex iħarsu lejn l-aħjar interess ta’ uliedhom. Dak li qal Dr Joseph Muscat diġa’ ġie miċħud drabi oħra. Ir-ripetizzjoni ta’ qlajjiet foloz, mill-Oppożizzjoni, huma motivati minn interess partiġġjan u mhux mill-interess tal-istudenti. |
| F’żewġ stqarrijiet separati li ħarġu fis-7 ta’ Lulju | 2010 Il-Ministeru tal-Edukazzjoni spjega kif dak li qed tirrepeti l-Oppożizzjoni mhux veru. |
| Il-links | taż-żewġ stqarrijiet li ħarġu huma: |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990