Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JĦABBRU D-DATA TA’ ROCKESTRA, ATTIVITA’ B’RISQ IL-COMMUNITY CHEST FUND

pr1325
Date Icon 17/07/2010
“Rockestra attirat eluf ta’ nies is-sena l-oħrau għalhekk importanti li attivitajiet bħal dawn jidħlu fil-kalendarju tagħna. Wieħed li qed jagħti donazzjoni ta’ għaxar ewro sabiex jigi Rockestra, qiegħed jieħu lura divertiment u wkoll jista’ jippartecipa mal-orkestra filarmonika nazzjonali, il-kantanti u l-ispettaklu ta’ dawl sinkronizzat!”
Danqalu l-President George Abela meta dal għodu ħabbar id-data ta’ Rockestra li se terga’ ssir gewwa l-Malta Fairs and Convention Centre fil-11 ta’ Settembru. L-Onorevoli Mario Demarco, Segretarju Parlamentari għat-Turizmu, l-Ambjent u l-Kultura, esprima li huwa ta’ unur li l-orkestra filarmonika nazzjonali tippartecipa f’Rockestra u jqisha bħala waħda mill-attivitajiet li jaqgħu fi skema ta’ reaching out li flok il-pubbliku jersaq lejn l-orkestra, tkun l-orkestra stess li tasal għand il-poplu
Davinia Galea, ic-chairperson tal-GoodCauses Funds espremiet is-sodisfazzjon li għal darb’oħra dan il-fond se jkun ta’ sapport għal waħda mill-attivitajiet tal-Malta Community Chest Fund u se jagħtu s-sapport bi ħmistax-il elf ewro.
Sigmund Mifsud semma li Rockestra huwa rigalgħas-socjeta’ Maltija. L-udjenza trid tieħu pjacir u mportanti li jkunu parti minn din is-serata.  Il-kantanti li gejjin minn sferi differenti, minn klassiku, rock u pop se jinterpretaw xogħlijiet tal- Beatles, Queen, LedZepplin, Guns n Roses u mettalica fost ohrajn.

Din is-sena l-Malta Community Chest Fund ħasbet biex ikollha s-sit tagħha fejn wieħed jista’ jakkwista l-biljetti billi jidħol fuq,   www.rockestra.org

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow