Left arrow Mur Lura

JITĦABBRU D-DATI TAL-ISTAĠUN TAL-KAĊĊA GĦALL-ĦARIFA LI ĠEJJA

pr1321
Date Icon 16/07/2010
Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjonijiettal-Kumitat ORNIS, il-Gvern qed iħabbar id-dati tal-istaġun tal-kaċċa għall-ħarifa li ġejja:
Il-kaċċa minn fuq l-arttista’ ssir bejn l-1 ta’ Settembru 2010 u l-31 ta’ Jannar 2011, bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx u sagħtejn wara nżul ix-xemx fil-ġranet mit-Tnejn sas-Sibt, u bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx u s-siegħa ta’ wara nofsinhar (1.00 p.m.) fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi.
Bħala protezzjonigħat-tajr tal-priża, għal ġimgħatejn (bejn il-15 ta’ Settembru u l-30 ta’ Settembru)  matul dawn il-ħames xhur, il-kaċċa fuq l-art ma tistax issir wara it-3.00 p.m.
Il-kaċċa minn fuq il-baħartista’ ssir bejn l-1 ta’ Ottubru  u l-31 ta’ Jannar 2011.
L-insib tal-Gamiem uSummien ser ikun jista’ jsir, permezz ta’ deroga, bejn l-1 ta’ Settembru u l-30 ta’ Ottubru 2010, filwaqt li t-teħid ta’ Pluviera u Malvizz ser ikun jista’ jsir bejn l-20 ta’ Ottubru u l-10 ta’ Jannar 2011.
Fil-jiem li gejjin ser jithabbru d-dettalji tad-deroga.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow