RIŻULTATI TAJBA FIL-MATRIKOLA
pr1320
16/07/2010
| Ir-riżultati miksuba | mill-kandidati li għamlu l-eżamijiet tal-Matrikola Avanzata kif ukoll dawk li għamlu l-eżamijiet tal-Matrikola fil-Livell Intermedju, jipparagunaw ma’ dawk tas-sena li għaddiet filwaqt li hu mistenni li dawn ikomplu jitjiebu wara li l-kandidati jerġgħu jagħmlu dawn l-eżamijiet (resits) fi ftit ġimgħat oħra. |
| 76.7% tal-kandidati | li għamlu l-Matrikola Avanzata għaddew minn dan l-eżami. F’dawn il-każi, studenti li jiksbu gradi minn A sa E jitqiesu li għaddew mill-eżami. Madankollu għandu jingħad li biex wieħed jidħol l-universita’ hemm sistema kif il-gradi miksuba fl-eżamijiet tal-matrikola ikunu magħduda flimkien sakemm jintlaħaq il-livell meħtieġ għall-kors li wieħed jagħżel li jsegwi. |
| Fil-livell intermedju | saru b’kollox 10,289 eżami f’29 suġġett differenti li jvarjaw minn lingwi, għal matematika, xjenzi, ekonomija, teknoloġija tal-informazzjoni u dawk marbuta mal-arti. |
| L-aktar suġġett li | fih saru eżamijiet fil-livell intermedju kien is-Systems of Knowledge li għamluh 2425 student fejn għaddew 81.9% b’52% jiksbu gradi minn A sa C. Saru 1624 eżami tal-Ingliż fejn 42.7% tal-kandidati kisbu A-C filwaqt li għaddew 75.1% |
| Suġġetti oħra | popolari f’dan il-livell fejn l-istudenti kisbu riżultati minn A sa C kienu l-Fiżika fejn 53.2%; il-Filosofija 51.7%; il-Malti 49.7%; Taljan 60.4%; Accounts 51%; Marketing 59.5%; Bioloġija 56.5%; Xjenza Ambjentali 43.7%; Reliġjon 47% u t-Teknoloġija tal-Informatika 68.2%. |
| Fil-livell | tal-Matrikola Avanzata nofs saru 6473 eżami f’29 suġġett. L-aħjar riżultati miksuba bil-gradi A sa C kienu fil-Malti 66.2%; il-Franċiż 50%, it-Taljan 50.8%; Economics 55.2%; Marketing 59.2%; Ġeografija 60.7%; Teknoloġija tal-Informatika 61%; Home Economics 66.1%. Fl-Ingliż kien hemm 38.4% li kisbu grad minn A sa C filwaqt li total ta’ 72.6% ġabu grad bejn A u E. Fil-Matematika, 37.9% kisbu grad bejn A u C filwaqt li 58.2% kisbu bejn A u E. |
| Meta wieħed iħares | lejn il-perċentaġġi sħaħ tal-istudenti li għaddew mill-eżamijiet tal-matrikola, jiġifieri dawk li kisbu gradi minn A sa E, ir-riżultati huma ferm aktar pożittivi għax wieħed isib li medja ta’ 76.7% kisbu riżultat utli. |
| Il-Ministru | tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina ferħet lill-istudenti li kisbu r-riżultati mixtieqa filwaqt li awgurat lil dawk li se jagħmlu xi resit biex bi ftit sforz ieħor jiksbu r-riżultat li tant ilhom jaħdmu għalih. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990