Left arrow Mur Lura

ID-DEPUTAT SPEAKER ĊENSU GALEA JIEĦU SEHEM FIL-KONFERENZA DINJIJA GĦAL PRESIDENTI TAL-PARLAMENT FL-ISVIZZERA

pr1319
Date Icon 16/07/2010
Nhar il-Ħadd li ġej,l-Onor. Ċensu Galea se jħalli Malta sabiex jattendi għat-Tielet Konferenza Dinjija għall-Presidenti tal-Parlament, li tiltaqa’ kull ħames snin mill-Unjoni Inter-Parlamentari. Il-Konferenza ta’ din is-sena se tinżamm f’Ġinevra, l-Isvizzera, bejn it-Tnejn 19 u l-Erbgħa 21 ta’ Lulju.
Bħala tema ewlenijata’ din il-Konferenza, se jiġi diskuss kif il-parlamenti jistgħu jsaħħu l-kontabilita’ tagħhom fit-twettiq ta’ ħidmiethom. Fl-istess waqt li tkun għaddejja s-sessjoni plenarja tal-Konferenza, għandhom jiġu ttrattati żewġ temi oħrajn: dik dwar il-ħidma kollettiva sabiex jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp, u dwar kif tista’ toktor u tissaħħaħ il-fiduċja bejn il-parlament u l-poplu.
Għall-Konferenza ġewmistiedna jattendu l-Presidenti ta’ 150 parlament minn madwar id-dinja li bħal Malta huma membri tal-Unjoni Inter-Parlamentari, kif ukoll Presidenti ta’ parlamenti oħrajn, Kapijiet ta’ Programmi u Aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, flimkien mar-Rappreżentanti Permanenti akkreditati għan-Nazzjonijiet Uniti stazzjonati f’Ġinevra.
Sa minn qabeltnehdiet l-ewwel Konferenza ta’ din ix-xorta għaxar snin ilu, kienet tinħass il-ħtieġa li jinħoloq forum fejn il-Presidenti tad-diversi Parlamenti madwar id-dinja, filwaqt li jiltaqgħu bejniethom taħt saqaf wieħed, ikollhom l-opportunita’ jaqsmu ma’ xulxin l-esperjenzi rispettivi tagħhom fl-iżviluppi leġislattivi li jkunu qed iseħħu f’pajjiżhom. Għan ieħor kien sabiex jippromwovu linji ta’ gwida dwar kif il-parlamenti jħaddmu prattiċi dejjem aktar demokratiċi fl-iżvolġiment tax-xogħol li jwettqu għall-ġid komuni. Kif stqarr il-President tal-Unjoni Inter-Parlamentari, Theo-Ben Gurirab, “il-Konferenza tal-iSpeakers saret fattur importanti li qed jgħin lill-parlamenti madwar id-dinja jkollhom rwol aktar proattiv fid-dinja moderna, u b’hekk il-pajjiżi jitqarrbu dejjem iżjed lejn xulxin permezz ta’ relazzjonijiet internazzjonali msaħħa bejniethom.”
Id-Deputat SpeakerĊensu Galea se jkun akkumpanjat tul iż-żjara tiegħu fl-Isvizzera mill-Ambaxxatur Gaetan Naudi, Konsulent Diplomatiku fl-Uffiċċju tal-iSpeaker.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow