STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA:
pr1317
16/07/2010
| L-Onor. Evarist | Bartolo iħawwad fiċ-ċifri tal-Eżamijiet tas-SEC |
| Hu | ċar daqs il-kristall li l-kelliem tal-Oppozizzjoni għall-Edukazzjoni, l-Onor. Evarist Bartolo jew ma jafx jaqra l-istatistika jew inkella qed jilgħab bin-numri u jħallat ħaġa ma’ oħra biex mingħalih jagħti stampa ħażina tar-riżultati miksuba mill-istudenti li għamlu l-eżamijiet tas-SEC. Fil-fatt ħafna miċ-ċifri kkwotati fi stqarrija li Evarist Bartolo ħareġ nhar il-Ħamis li għadda, fejn akkuża lill-Gvern li uża ir-riżultati tas-SEC, huma ċifri foloz li ma jikkorrispondux mal-verita’ u maħsuba biss biex iqarrqu bin-nies. Dan meta fl-istqarrija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni ntqal ċar u tond li din kienet tirreferi għall-istudenti li għamlu dawn l-eżamijiet u mhux għall-istudenti kollha. |
| Għaliex hu konxju li hemm numru ta’ studenti li ma | jersqux biex jagħmlu dawn l-eżamijiet, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, s-sena li għaddiet nieda proċess ta’ riforma li qed tkun implimentata minn din is-sena, dwar it-tranżizzjoni mill-Primarja għas-Sekondarja, li l-iskop ewlieni tagħha hu proprju biex aktar studenti jibqgħu jistudjaw wara l-edukazzjoni sekondarja. |
| Il-poplu | għandu jkun jaf li fl-eżamijiet tas-SEC wieħed jista’ jagħmel Paper A u Paper B. |
| F’Paper A il-gradi li wieħed jista’ jikseb huma minn | 1 sa 5 u kollha kemm huma jitqiesu bħala ġradi tajbin, biżżejjed biex wieħed ikompli bl-istudji post sekondarji tiegħu. |
| Min | jagħmel Paper B jista’ jikseb minn grad 4 sa 7. Dawn il-gradi wkoll jitqiesu bħala li wieħed għadda mill-eżami li jkun qagħad għalih; u gradi 4 u 5 ta’ Paper B ukoll jagħtu aċċess għal studji post sekondarji. |
| Min | jikseb gradi 6 u 7 f’paper B għalkemm jitqies li għadda mill-eżami jista’ jkollu diffikulta biex jidħol għal ċerti korsijiet fil-livell post sekondarju, iżda l-MCAST, il-Higher Secondary u l-ITS ħejjew korsijiet apposta li anke studenti bi Gradi 6 u 7 jistgħu jidħlu għalihom. Fiż-żewġ każi, jitqiesu li weħlu mill-eżami dawk l-istudenti li r-riżultati tagħhom jidher bħala “U” (unclassified). |
| Fl-istqarrija tiegħu, Evarist Bartolo qal li fejn | jidħlu l-eżamijiet tas-SEC, fil-każ tal-Malti, 44% biss tal-kandidati għaddew minn Paper A. Fil-verita’ kien hemm 2,689 studenti li għamlu l-eżamijiet tal-Malti f’dan il-livell li minnhom għaddew 2,323 jew 86.4% Skond l-Onor. Bartolo mill-Ingliż Paper A għaddew biss 45% tal-kandidati li għamlu l-eżami meta fil-fatt kien hemm 2,896 li rreġistraw għal dan l-eżami li minnhom għaddew 2,563 jiġifieri 88.5%. |
| L-istess għall-matematika fejn, skond il-kelliem | tal-Oppozizzjoni għall-Edukazzjoni għaddew biss 37% minn dawk li għamlu Paper A. Il-fatti huma li applikaw għal dan l-eżami 2,199 persuna u għaddew 2,040 jew 92.8%. |
| Skond Evarist Bartolo, fl-istudji tal-kompjuter | kienu hemm 865 kandidat li 57% minnhom għaddew minn Paper A. Il-verita’ hi li dan l-eżami nkitbu għalih 941 persuna u 865 minnhom, jew 91.9% għaddew mill-eżami bi gradi tajbin. |
| Fit-tlett | suġġetti relatati max-xjenza li huma l-Fiżika, il-Kimika u l-Bioloġija, il-kelliem tal-Oppozizzjoni daħħal il-paragun bejn dawk li għamlu l-eżami u n-numru ta’ studenti fil-Form V tal-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat, biex ġie jidher ftit baxx il-perċentaġġ tal-istudenti li għamlu l-eżami u għaddew minnu. Infatti fl-istqarrija tiegħu jgħid li 49% biss tal-istudenti fil-Form V ta’ dawn l-iskejjel kollha għaddew mill-eżami tal-Fiżika, u 16% biss minn dak tal-Bioloġija u fil-Kimika Paper A għaddew 11%. |
| Il-verita’ | hi li kien hemm 2,316 li applikaw biex jagħmlu l-eżami tal-Fiżika Paper A u minnhom għaddew 2,082 jew 89.9%. Evarist Bartolo jaf li suġġetti bħalma hi l-Bioloġija u l-Kimika mhux l-istudenti kollha tal-Form V jagħżluh u allura, biex iqarraq, qabbel in-numru ta’ dawk li għaddew minn dan l-eżami mal-istudenti kollha f’dan il-livell. Kien hemm 1,025 kandidat li għamlu dan l-eżami tal-Bioloġija Paper A u għaddew 836, jiġifieri 81.6% filwaqt li kien hemm 721 li nkitbu biex jagħmlu Paper A tal-Kimika li minnhom għaddew 599 jew 83.1% |
| Dan | bla ma wieħed jgħodd dawk l-istudenti li għamlu l-eżamijiet ta’ Paper 2 u kisbu gradi 4 u 5 li wkoll jiftħulhom il-bibien għall-edukazzjoni post-sekondarja fil-livelli kollha. |
| Fi | stqarrija oħra li ħareġ nhar l-Erbgħa li għadda, l-Onor. Evarist Bartolo għamel numru ta’ mistoqsijiet bl-iskop li jinżergħu dubji dwar dawn ir-riżultati. |
| Il-fatti juru li saru 24,479 eżami | fil-Livell A li minnhom 21,110 ġabu minn grad 1 sa 5. Saru wkoll 20,109 eżami fil-Livell B li minnhom 6,395 kisbu Grad 4 jew 5 u 7,489 kisbu grad 6 jew 7. Dan ifisser li minn 44,588 eżami li saru, 34,994 kisbu riżultat pożittiv filwaqt li 9,594 m’għaddewx. Dan ifisser li 72.8% tal-istudenti li qagħdu għal Paper B kisbu riżultat pożittiv. |
| Għandu jingħad ukoll li l-11.2 % li | kisbu Grad 6 jew 7 issa wkoll jistgħu jagħmlu korsijiet f’xi istituzzjonijiet post sekondarji. |
| Dawn huma ċifri pubblikati li wieħed | jista’ jara fuq is-sit elettroniku tal-Bord tal-MATSEC li jmexxi dawn l-eżamijiet. Kull logħob bin-numri li l-kelliem tal-Oppozizzjoni għall-Edukazzjoni jista’ jirrikorri għalih biex iqarraq bil-poplu u jagħti impressjoni falza tal-fatti kif inhuma, mhux se jibdlu l-fatti veri u r-riżultati pożittivi miksuba mill-istudenti Maltin u Għawdxin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990