Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JŻURU D-DAR TA’ SAN ĠUŻEPP

pr1314
Date Icon 15/07/2010
“Inħossniimpressjonat għall-mod kif inhi miżmuma din id-dar. Barra s-servizz professjonali li qed jingħataw dawn it-tfal minn persuni minn oqsma differenti fis-soċjetà tagħna li jagħtu l-ħin tagħhom kollu għalihom, hawn qed issibu wkoll dak l-ambjent ta’ familja fejn meta jaslu fl-età li jkunu indipendenti, se jkunu żagħżagħ li ngħataw formazzjoni b’ħafna mħabba u dedikazzjoni waqt iż-żmien li għexu fid-dar ta’ San Ġużepp.” Dan espremih il-President George Abela waqt żjara li għamel flimkien mas-Sinjura Abela lid-Dar San Ġużepp.
Mal-wasla tagħhom, il-Presidentu s-Sinjura Abela ġew milqugħa mid-Direttur tad-Dar, Fr. Frankie Cini fejn spjega li id-Dar ta’ San Ġuzepp fetħet il-bibien tagħha fl-1888. Minn dak inhar sallum, iktar minn 2300 tifel għexu f’din id-Dar għal xhur jew snin minn ħajjithom: għall-kenn mill-faqar, mit-telfa tal-ġenituri tagħhom, jew minn problemi ta’ diffikultà fil-familji tagħhom. Waqt li fl-antik id-Dar kienet tieħu ’l fuq minn mija u ħamsin tifel, f’dawn l-aħħar sbatax-il sena sar proċess li bih id-Dar bil-mod il-mod inbiddlet fi tliet appartamenti ħelwin li jieħdu sitt itfal kull wieħed.
It-tfal għandhomil-kmamar tagħhom, b’kundizzjonijiet bħal ta’ dar ta’ familja normali. Kull appartament huwa segwit minn żewġ care-workers: raġel u mara, li waqt li ma jieħdux il-post tal-mamà u l-papà naturali tat-tfal, ikunu preżenti għat-tfal fil-mumenti kollha tal-ġurnata. Is-social workers li jgħinu lit-tfal, jieħdu ħsieb li t-tfal ma jonqoshom xejn: minn pitazzi għall-iskola, għall-ħwejjeġ li jilbsu, l-ikel li jieklu u t-terapija li għandhom bżonn minn żmien għal żmien.
Id-Dar tieħu fihasubien mill-etajiet ta’ tmien snin sa 18-il sena, u ġieli iktar fit-tul, skont il-bżonn. Fejn huwa possibbli, jiġu mħeġġa kuntatti mal-familji oriġinali. Id-Dar tgħin lit-tfal isibu l-indipendenza tagħhom, b’emfasi partikulari fuq il-livell edukattiv, biex it-tfal ma jitilfux opportunitajiet meta jikbru, minkejja li jkunu bdew il-ħajja bi żvantaġġi partikulari.
BħalaDar li tiddependi mill-ġenerożità u s-solidarjetà tal-poplu Malti biex tkompli ħidmietha, id-Dar ta’ San Ġużepp illum tagħraf ir-rwol tagħha li tkun mudell ta’ professjonalità fil-kura tat-tfal li ma jistgħux jibqgħu jgħixu fid-dar naturali tagħhom. It-tim ta’ careworkers, social workers, u voluntiera li jwieżnu lit-tfal sakemm ikunu qed jgħixu fil-Home, għandhom l-esperjenza u t-taħriġ biex jifhmu lit-tfal f’sitwazzjonijiet diffiċli. Illum id-Dar għandha wkoll strutturi interni u trasparenti li jiggarantixxu f’kull ħin li t-tfal ikunu protetti minn kull forma ta’ abbuż jew ħsara. Dan ifisser investiment fil-persuni, u kodiċi ċari ta’ imġieba li jħarsu l-ewwelnett lejn il-bżonnijiet partikulari tat-tfal.
It-tama tad-Dar ta’San Ġużepp hija li sakemm fis-socjetà tagħna għad hemm il-bżonn li tfal isibu kenn, f’ambjenti sani fejn jikbru, tibqa’ tilqa’ fi ħdanha b’ġenerożità tfal fil-bżonn li jixraqilhom ċans daqs kulhadd.
Il-President Abelarringrazzja lil dawk kollha li jiddedikaw il-hin tagħhom għal din id-dar u ħeġġeġ lill-Poplu Malti u Għawdxi biex fi tmiem il-ġimgħa jkunu ġenerużi u jagħtu donazzjoni waqt il-Maratona “Oħloq Tbissima”, sabiex din id-Dar tibqa’ tkun post ta’ kenn ġeneruż għal tfal fil-bżonn.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow