Il-Ministru Dolores Cristina tifraħ lil erba’ studenti universitarji li ħadu sehem f’Kompetizzjoni Internazzjonali
pr1313
15/07/2010
| Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Xogħol | u l-Familja, Dolores Cristina, ferħet lill-erba’ studenti universitarji li kisbu riżultati tajba f’kompetizzjoni internazzjonali dwar it-teknoloġija tal-Informatika. |
| L-istudenti Daniela Cauchi, Claire Dimech, Stefan | Lia and Kurt Farrugia, ipparteċipaw fil-kompetizzjoni Imagine Cup organizzata mill-kumpannija internazzjonali Microsoft li saret Varsavja, fil-Polonja. |
| Fil-kompetizzjoni | pparteċipaw madwar 70 pajjiż minn diversi partijiet tad-dinja u t-tim Malti ġie kklassifikat fost l-aqwa 12 bil-proġett li huma pparteċipaw bih. |
| Dan hu | unur kbir għal dawn l-istudenti u għall-pajjiż. Huwa wkoll xhieda li l-investiment kbir li qed isir fil-qasam tal-ICT beda jħalli l-frott, tant li l-istudenti tagħna jistgħu jikkompetu ma’ l-aqwa mħuħ fil-qasam tal-kompjuter, ġejjin minn kull rokna tad-dinja. |
Il-Ministru Dolores Cristina innotat b’sodisfazzjoni anke t-tema li dawn l-istudenti Universitarji għażlu biex jikkompetu biha. Il-proġett, msejjaħ “MyDerm”, flimkien mal-websajt li qed ittellgħu (http://www.mydermonline.com/default.aspx), huwa immirat biex iwassal għarfien dwar mard tal-ġilda fost ċittadini f’pajjiżi anqas żviluppati.
| F’każi bħal dawn, mard | bħal dan ma jiġix ikkurat minn kmieni u dan qed iwassal għal problemi soċjali billi tfal jitilfu li jmorru l-iskola, ħaddiema ma jmorrux għax-xogħol barra li dan il-mard jista’ jħalli marki permanenti fuq il-ġilda. Il-websajt imtella’ mill-istudenti għandha l-għan biex il-pazjenti u t-tobba jaqsmu l-informazzjoni. Permezz tal-websajt, pazjent f’pajjiż mhux żviluppat jiġi abbinat ma’ tabib li jiggwidah b’għarfien adekwat ta’ kif jista’ jfittex il-kura. |
| L-istudenti | qed jitolbu anke għajnuna biex imantnu s-sit elettroniku tagħhom. |
| Madwar mitt żagħżugħ/a | Maltin ikkompetew f’dawn l-aħħar sentejn biex minn fosthom jingħażlu r-rappreżentanti Maltin għall-Imagine Cup. Is-suċċess ta’ dawn l-erba’ żgħażagħ jawgura tajjeb biex aktar żgħażagħ jippreparaw minn kmieni għas-sena d-dieħla meta rappreżentanti Maltin iridu jintgħażlu biex imorru New York ħalli jikkompetu fl-Imagine Cup organiżżata mill-Microsoft u juru ħilithom spalla ma spalla ma’ żgħażagħ oħra. |
| Il-Ministru Dolores | Cristina filwaqt li tinkoraġixxi inizjattivi bħal dawn, irringrazzjat lill-organiżżaturi lokali -Microsoft Malta- ta’ din l-opportunita u awgurat minn issa lill-parteċipanti kollha nteressati f’din il-kompetizzjoni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990