Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ – SPTAR MATER DEI - 14 TA’ LULJU, 2010

pr1306
Date Icon 14/07/2010
Fuljett informattivdwar inċidenti tal-id.
Matul is-sena ligħaddiet kien hemm total ta’ 1,446 każ ta’ inċidenti ta’ l-id li seħħew fuq il-post tax-xogħol. Dawn l-inċidenti jammontaw għal madwar 28 każ kull ġimgħa. Din l-istatistika ma tinkludix inċidenti tal-id li jseħħu barra mill-post tax-xogħol, bħalma huma feriti tal-id li jirriżultaw minn inċidenti li jsofru t-tfal, studenti, nisa tad-dar u individwi oħra waqt il-ħin liberu tagħhom.
Li kieku wieħed kellujislet profil tal-ħaddiema li sofrew minn inċidenti tal-id matul is-sena li għaddiet isib li l-biċċa l-kbira minnhom ġejjin min-Nofsinhar ta’ Malta, għandhom bejn l-25 u 34 sena, u jaħdmu f’impjieġ fiss.
Tajjeb li kull wieħedu waħda minna jżomm quddiem għajnejh li kull inċident tal-id iġorr miegħu prezz. Għall-ħaddiema involuti dan il-prezz jikkonsisti fid-diżabilità li jsofru, telf ta’ impjiegi, u t-tbatija li jgħaddu minnha fil-proċess ta’ riabilitazzjoni. Għall-pajjiż l-inċidenti tal-id għandhom implikazzjonijiet wiesgħa. L-ewwel nett hemm spiża kbira nvoluta fil-kura u r-riabilitazzjoni ta’ dawn l-individwi; it-tieni nett dawn l-inċidenti jfissru telf ta’ produttività għall-ekonomija peress li l-ħaddiema nvoluti ma jkunux jistgħu jmorru fuq il-post tax-xogħol sakemm ikunu qed jirċievu l-kura; u t-tielet hemm l-ispiża involuta fi ħlasijiet ta’ benefiċċji soċjali relatati ma’ dawn l-inċidenti.
F’dan il-kuntestil-ħidma li qed titwettaq mill-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u id-Dipartiment ta’ l-Occupational Therapy fl-isptar Mater Dei, biex tiżdied il-kuxjenza fost il-ħaddiema u l-pubbliku dwar l-inċidenti tal-id hija tassew f’waqtha u ta’ min ifaħħarha u jinkoraġġiha.
Grazzi għall-ħidma ta’l- Awtorità u d-Dipartiment tal-Occupational Therapy fl-isptar Mater Dei, illum qed jiġi mniedi fuljett informattiv dwar l-inċidenti tal-id. Dan il-fuljett huwa ntenzjonat għall-ħaddiema kollha b’mod partikolari l-ħaddiema tal-id kif ukoll għall-pubbliku inġenerali. L-għan ta’ dan il-fuljett huwa li jinforma lill-ħaddiema u lill-pubbliku fuq ir-riskji involuti kif ukoll fuq metodi ta’ prevenzjoni biex dawn l-inċidenti jiġu evitati.
Nifraħ lill-Awtoritàgħas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u lid-Dipartiment tal-Occupational Therapy tal-Isptar Mater Dei mhux biss għall-ħidma kontinwa tagħhom imma b’mod partikolari għal inizjattivi bħal dawn li jkomplu jgħinu sabiex noħolqu kuxjenza filwaqt li nedukaw lill-poplu Malti u Għawdxi fuq kif nevitaw inċidenti simili.

Saħħa u Grazzi

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow