IPPUBLIKATI R-RIŻULTATI TAS-SEC - 89.9% JIKSBU RIŻULTATI TAJBIN FIS-SUĠĠETTI BAŻIĊI
pr1304
14/07/2010
| Persentaġġ qawwi ta’ | 89.9 fil-mija tal-istudenti li għamlu l-eżamijiet tas-SEC fis-suġġetti bażiċi tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika, suġġetti Xjentifiċi u l-Kompjuter kisbu riżultati tajbin li huma meħtieġa biex ikunu jistgħu jkomplu l-istudji postsekondarji tagħhom. |
| B’kollox saru | eżamijiet fi 33 suġġett differenti f’żewġ livelli, jiġifieri f’livell A u livell B. F’livell A b’kollox kienu reġistrati biex isiru 24,640 eżami u nkisbu riżultati pożittivi f’medja ta’ 72.6% tal-eżamijiet li saru. |
| Fis-sistema tas-SEC | fil-livell A, meta student jikseb marka minn 1 sa 5, ifisser li għandu riżultat pożittiv li bih jista’ ikompli jistudja f’livell post sekondarju. |
| F’dan il-livell kien | hemm 2,689 student li għamlu l-eżami tal-Malti u 86.4% minnhom kisbu riżultat pożittiv; l-eżami tal-Matematika għamluh 2,199 student u 92.8% minnhom kisbu riżultat tajjeb; l-Ingliż (lingwa) għamluh 2,896 student li 88.5% kisbu riżultat tajjeb, il-Fiżika għamluh 2,316 student fejn 89.9% kisbu riżultat pożittiv filwaqt li l-Kompjuter għamluh 941 student u 91.9% kisbu riżultat pożittiv. |
| L-ogħla persentaġġ ta’ | riżultati pożittivi fil-livell A nkiseb fit-Taljan b’96.1%, il-Franċiż 94.7%, l-Istudji Ewropej 93.6%, il-Matematika u l-Ġeografija 92.8%. |
| Is-sistema tas-SEC | toffri wkoll li wieħed jagħmel l-eżamijiet f’livell B fejn il-gradi 4 u 5 wkoll huma meqjusa bħala tajbin u biżżejjed biex student ikompli l-istudji tiegħu fil-livelli post sekondarji filwaqt li studenti li jġibu gradi 6 u 7 wkoll jitqiesu li għaddew mill-eżami u jistgħu jidħlu għal ċerti korsijiet fil-livell postsekondarju fejn ikomplu jissaħħu fl-istess suġġetti. |
| L-istudenti li għamlu | dawn l-eżamijiet, u meta applikaw taw in-numri tal-mobile phones tagħhom illum irċivew ir-riżultat permezz ta’ sms filwaqt li l-istudenti kollha għada mistennija jirċievu r-riżultati bil-posta fid-dar tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990