L-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI JAGĦTI RENDIKONT TAX-XOGĦOL TAL-KAMRA HEKK KIF IL-PARLAMENT AĠĠORNA GĦAX-XHUR TAS-SAJF
pr1303
14/07/2010
| Ilum f’nofsinhar | fil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol tal-Kamra u eżatt qabel ma l-Kamra ġiet aġġornata għall-btajjel tas-sajf, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Michael Frendo ta rendikont tal-ħidma parlamentari li twettqet tul din is-sena, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-14 ta’ Lulju 2010. |
| L-Onorevoli Frendo | qal li f’dawn is-sitt xhur u nofs il-Kamra ltaqgħet 78 darba u li meta dawn tgħodd magħhom ix-xogħol li sar fil-Kumitati tal-Kamra, wieħed isib li l-Membri kienu involuti f’417-il siegħa ta’ diskussjoni. Huwa żied jgħid li matul dan il-perjodu ġew ippreżentati 39 mozzjoni li fosthom kien hemm sitt mozzjonijiet privati. Il-Parlament għadda għaxar Atti ta’ Liġi li tnejn minnhom ġew approvati wara li ttieħed vot, fuq il-Mejda tal-Kamra ġew mqiegħda 1691 dokument u saru sitt Stqarrijiet Ministerjali. Barra minn hekk il-Membri Parlamentari ħadu l-opportunità ta’ 70 aġġornament ta’ nofs siegħa l-wieħed biex fost affarijiet oħra jressqu l-ilmenti tal-kostitwenti tagħhom. Bħala deċiżjonijiet tas-Sedja, ingħataw 15-il ruling li 11 minnhom kienu tal-iSpeaker preżenti. L-Onorevoli Frendo semma’ ukoll li s-sit elettroniku tal-Parlament żaruh 40838 viżitatur, jiġifieri medja ta’ madwar 6,000 fix-xahar. Qal ukoll li l-gruppi ta’ ħidma fi ħdan il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej ikkonsidraw 297 dokumenti u proposti leġislattivi tal-Unjoni Ewropea. |
| L-iSpeaker Michael | Frendo qal li din l-informazzjoni qiegħed jagħtiha mhux biss għas-sodisfazzjoni tal-Membri imma wkoll biex il-pubbliku inġenerali ikun informat bix-xogħol li jsir kemm fil-Kamra kif ukoll fil-Kumitati Parlamentari. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990