Left arrow Go Back

Nar fil-bini tal-iSptar Monte Karmeli

pr1298
Date Icon 13/07/2010
Għal ħabta tas-7.30p.m., kien hemm nirien fil-laundry li tinsab fil-bini tal-Isptar Monte Karmeli (magħrufa bħala l-laundry tal-KOLS).  Filwaqt li ssejħet l-għajnuna, ittieħdu minnufiħ prekawzjonijiet sabiex ħadd mill-pazjenti li hemm fl-isptar ma jkun affettwat mis-sitwazzjoni.
In-nar li dam jaqbadgħal xi ħin ġie kkontrollat mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.  Ħadd ma weġġa fl-inċident.
Is-SegretarjuParlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor Mario Galea żar il-post sabiex jaċċerta ruħu mis-sitwazzjoni.  Hu rringrazzja lill-membri tal-protezzjoni ċivili u lill-membri tal-Korp tal-Pulizija li minnufiħ irrispondew għas-sejha għall-għajnuna u tfew in-nirien fil-laundry.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow