Left arrow Mur Lura

Laqgħat bilaterali mal-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u mal-Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ

pr1297
Date Icon 13/07/2010
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u InvestimentTonio Fenech ltaqa’ mal-Kummissarju Ewropew Olli Rehn, responsabbli mill-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u mal-Kummissarju Ewropew Karel De Gucht, responsabbli mill- Kummerċ, fil-marġini tal-Laqgћa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) fi Brussell illum it-Tlieta 13 ta’ Lulju 2010. Ghal dawn il-laqgħat, il-Ministru Fenech kien akkumpanjat mis-Sur Richard Cachia Caruana, Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea u mis-Sur Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti, fil-Ministeru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment.
Il-Kummissarju Rehn huwa responsabblimill-koordinament tal-istrateġija Ewropea biex tingћeleb il-kriżi ekonomika kif ukoll mill-ћidma biex il-finanzi pubbliċi fil-pajjiżi membri jitpoġġew fuq sisien sodi, fl-interess tal-istabbilità u t-tkabbir ekonomiku. Il-laqgћa tal-Ministru Fenech mal-Kummissarju Rehn hija importanti fil-kuntest tal-ћidma tal-Gvern Malti biex jibni fuq ir-riżultati miksuba matul l-2009, fejn Malta, flimkien mal-Estonja, kien wieћed mill-uniċi żewġ pajjiżi li rreġistraw tnaqqis fid-defiċit tagћhom. Dan kien possibbli permezz ta’ tkomplija ta’ programm ta’ konsolidazzjoni finanzjarja u riformi strutturali li gћandhom jippermettu lill-pajjiż ikompli jtejjeb il-qagћda finanzjarja tiegћu. Waqt il-laqgћa, il-Kummissarju u l-Ministru ddiskutew it-tisћiћ ta’ dawn il-pjanijiet min-naћa tal-Gvern.
Il-Kummissarju Karel De Gucht huwa responsabblimit-tћejjija u l-implimentazzjoni tal-politika interna u esterna tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kummerċ, b’responsabbiltà fuq oqsma ta’ importanza gћal Malta. Fost l-affarijiet diskussi kien hemm l-aħħar żviluppi fin-negozjati għal zona ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropeja u l-Libja u s-sitwazzjoni tal-kummerċ fir-reġjun Ewromediterranju.
Il-Kummissarju u l-Ministru ddiskutew ukollil-process ta’ negozjati dwar ftehim ta’ zona ta’ kummerc hieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Kooperazzjoni tal-Golf. Dawn in-negozjati huma ta’ importanza kbira ghal pajjizna fil-kuntest tal-hidma tal-Gvern biex jattira aktar investiment u kummerc minn dawn ir-regjuni.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow