Left arrow Go Back

JIBDEW XOGĦLIJIET FI PROĠETT IFFINANZJAT MINN FONDI EWROPEJ F’GĦAWDEX

pr1296
Date Icon 13/07/2010
Bdew xogħlijiet marbutamal-proġett ta’ titjib estensiv fil-ġnien Villa Rundle fil-belt Victoria f’Għawdex. Dan il-proġett mistenni jagħti dehra ġdida lil dawn il-ġonna permezz ta’ ristrutturar u xogħol ta’ tisbiħ ieħor, biex minbarra li jtejjeb il-faċilitajiet ta’ rikreazzjoni jservi wkoll biex jiġi salvagwardat u ppriservat u b’hekk jibqa’ jitgawda anke minn ġenerazzjonijiet futuri.
L-Onor. Giovanna Debono,Ministru għal Għawdex, għamlet żjara fuq is-sit waqt li kien għaddej ix-xogħol li nbeda fl-aħħar ta’ Ġunju. Wara li ġew imwaqqgħa xi strutturi u nqala’ wkoll parti mill-konkrit fil-passaġġi, qed jiġi skavat ġibjun fejn hu maħsub li jkun jista’ jinħażen l-ilma tax-xita għall-użu fl-istess ġonna. Fil-ġimgħat li ġejjin hu mistenni li jingħata bidu għall-bini ta’ dan il-ġibjun kif ukoll fuq it-tqegħid ta’ pavimentar ġdid madwar il-ġonna. Il-proġett jaħseb ukoll għat-twaqqif ta’ żona għal-logħob, ċentru tal-viżitaturi kif ukoll palk fejn ikunu jistgħu jiġu organizzati attivitajiet fl-apert. Xogħlijiet oħra jinkludu tisbiħ fl-entraturi kif ukoll l-istallazzjoni ta’ sistema ta’ dwal, bankijiet u faċilitajiet anċillari ġodda li jikkumplimentaw id-dehra ġdida li ser tingħata lil dawn il-ġonna stroriċi.
Il-Ministru Debonospjegat kif dan huwa proġett ieħor għal Għawdex li ser jibbenefika minn ko-finanzjament minn fondi Ewropej. Il-Fond Ewropew għal Żvilupp Reġjonali ser jiffinanzja 85% tan-nefqa fil-proġett li hu stmat li ser jiswa madwar €2.5 miljun. Bis-saħħa ta’ dan il-proġett dawn il-ġonna pubbliċi fiċ-ċentru ta’ Għawdex ser isiru aktar attraenti u aktar aċċessibbli u ser jikkontribwixxu wkoll biex isaħħu l-infrastruttura fil-qasam ta’ żvilupp kulturali u jżidu l-attrazzjonijiet turistiċi. Dan ser ikabbar il-potenzjal biex dawn il-ġonna jservu bħala sit għal-laqgħat soċjali, rikreattivi u kulturali kemm għal poplu Għawdxi kif ukoll għal bosta viżitaturi Maltin u barranin li jżuru lil Għawdex kull sena.
Ix-xogħol huwa mistennili jitlesta sa Marzu 2011. Dawn il-ġonna huma magħrufa wkoll għall-wirja annwali tal-Biedja u s-Snajja’ mtellgħa mis-Soċjetà Agrikola, Industrijali u Kulturali ta’ Għawdex, bejn l-14 u l-15 ta’ Awwissu. Minħabba x-xogħlijiet li ser ikunu għaddejjin din is-sena din il-wirja ser issir f’post alternattiv li jinsab ftit metri ‘l bogħod minn dawn il-ġonna, fil-ground tal-kumpless tal-Liċeo qrib l-iskola sekondarja ġdida għas-subien.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow