Madwar 500 Applikazzjoni għal Boroż ta’ Studju
pr1291
13/07/2010
Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, permezz tad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, għadu kif irċieva 492 applikazzjoni għal Boroż ta’ Studju taħt żewġ skemi:
· għall-iStrategic Educational Pathways Scholarships (STEPS) li għalqet fil-15 ta’ Ġunju – 244 applikazzjoni u
· għall-Malta Government Scholarship Scheme (MGSS-PG) li għalqet fid-9 ta’ Lulju - 248 applikazzjoni.
| Għalkemm | numru ta’ applikazzjonijiet kienu mingħand l-istess individwi li applikaw taħt iż-żewġ skemi, din is-sena l-MGSS attirat sezzjoni oħra ta’ studenti li sa issa qatt qabel ma kienu eliġibbli għall-boroż ta’ studju. Dan minħabba li għall-ewwel darba l-MGSS-Post Graduate kienet miftuħa wkoll għal dawk li fl-ewwel grad universitarju, il-marka kienet Second Class Lower. Din kienet inizjattiva importanti biex aktar individwi jkunu jistgħu jkomplu jispeċjaliżżaw f’qasam ta’ għarfien. |
| Barra | minn hekk, l-MGSS-PG kienet miftuħa għal dawk li jixtiequ jistudjaw għal Dottorat fuq bażi ta’ distance learning. B’hekk, persuni li ma jistgħux jieqfu mix-xogħol kurrenti tagħhom, kif ukoll nisa u rġiel li għadhom qed jiffurmaw il-familja tagħhom, ma jkollhox xkiel milli jkomplu jispeċjaliżżaw fil-qasam tagħhom. |
| Inizjattiva oħra li ttieħdet fl-MGSS-PG kienet li | dawk l-istudenti li xtaqu jagħmu riċerka f’istituzzjoni ta’ fama mondjali bħala parti mid-dottorat, dawn issa saru eliġibbli għal fondi. |
| Iż-żewġ | skemi ta’ boroż ta’ studju qed jiftħu opportunitajiet bla preċident għaż-żgħażagħ u adulti li jixtiequ jkomplu jkabbru l-għarfien tagħhom u b’hekk jkomplu jgħollu l-kwalità ta’ ħaddiema fid-dinja tax-xogħol. Din hi ċ-ċavetta ta’ suċċess f’ekonomija mibnija fuq l-għarfien u sabiex inżidu l-kompetittività tagħna. |
| Matul ix-xhur tas-sajf, żewġ bordijiet maħtura | nill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni ser jibdew jintervistaw lill-applikanti kollha eliġibbli. Dan l-eżerċizzju mistenni jdum għaddej sa nofs Settembru, sakemm jiġu ppubblikati r-rankings. |
| Għall-boroż ta’ studju taħt l-iskema STEPS, hemm | disponibbli s-somma ta’ €3 miljun ewro. Din l-iskema hija ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea. |
| Għall-boroż ta’ studju taħt l-iskema MGSS-PG, | il-Gvern Malti qed jinvesti €466,000. |
| Irid | jingħad li minn din is-sena l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja nieda skema oħra ta’ boroż ta’ studju li hi mmirata għal dawk li jixtiequ jispeċjaliżżaw f’xi qasam ta’ l-arti. Din hi inizjattiva oħra imporanti li għandha taghti spinta kbira lill-industrija ta’ l-arti kreattiva f’Malta. Ir-rebbieħa ta’ dawn il-boroż ta’ studju fil-qasam ta’ l-arti mistennija li jitħabbru kmieni x-xahar id-dieħel. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990