Left arrow Go Back

PERFORMANCE AUDIT: CHILD CARE ARRANGEMENTS FOR PUBLIC EMPLOYEES

pr1287
Date Icon 12/07/2010
Matul l-aħħar għoxrinsena, numru żgħir ta’ entitajiet fis-servizz u s-settur pubbliku introduċew arranġamenti għall-kura u ż-żamma tat-tfal tal-impjegati tagħhom, apparti minn miżuri oħra favur il-familja. Matul l-aħħar snin dawn l-entitajiet komplew jiżviluppaw il-faċilitajiet b’modi differenti u indipendentament minn xulxin.
F’dan l-isfond, l-UffiċċjuNazzjonali tal-Verifika evalwa l-iżvilupp u l-operat ta’ dawn it-tip ta’ arranġamenti. L-Uffiċċju identifika wkoll l-isfidi li kellhom l-entitajiet biex implementaw dawn l-inizjattivi. Sitt entitajiet fis-servizz u s-settur pubbliku, li għandhom arranġamenti għall-kura u ż-żamma tat-tfal, intużaw bħala l-bażi tal-istudju. Dwar l-iStandards Nazzjonali għal dawn il-Faċilitajiet, ta’ kura tat-tfal matul il-jum, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika kkonsulta mad-Dipartiment għall-iStandards tal-Ħarsien Soċjali. L-Uffiċċju jixtieq jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-kollaborazzjoni siewja li sab mill-entitajiet imsemmija f’dan l-istudju.
Is-sitt entitajiet lipparteċipaw kollha qegħdin jipprovdu b’suċċess arranġamenti lil numru konsiderevoli ta’ impjegati. Dawn l-arranġamenti huma aċċessibli, ta’ min jiddependi fuqhom u mhux għoljin. Dawn l-inizjattivi kienu parti minn sforz li għamlu l-entitajiet sabiex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Kollha kienu jirrikjedu spejjeż varji, skont is-servizzi li għażlu li jibdew jipprovdu. Biex jinfetaħ ċentru fuq il-post tax-xogħol hemm bżonn riżorsi u investiment konsiderevoli. Alternattivi oħra, bħall-allowance għall-impjegati meta jużaw (waqt il-ħin tax-xogħol) servizzi esterni għat-tfal jew l-użu ta’ ċentri eżistenti apposta, jgħinu biex jiġu kkontrollati l-ispejjeż u l-impenn meħtieġ. L-istudju sab ukoll li parti biss mill-ispejjeż tas-servizzi offruti, fil-prattika, tiġi rkuprata. Madankollu, dawn l-ispejjeż huma kkunsidrati mill-entitajiet bħala neċessarji biex jilħqu l-prijoritajiet iffissati minnhom u l-obbjettivi strateġiċi u tar-riżorsi umani tagħhom.
Ir-rapport dwar danl-istudju jippreżenta numru ta’ rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq fatturi kritiċi li ġew eżaminati. Ta’ min jinnota li dawn il-faċilitajiet fil-komunità kull ma jmur dejjem qed jiżdiedu. F’ħafna każijiet, jista’ jkun iktar plawsibbli li minflok jiġi żviluppat ċentru fuq il-post tax-xogħol għall-kura u ż-żamma tat-tfal tal-impjegati, jintużaw dawk li diġà jeżistu. Dan jgħin sabiex ir-riskji u l-ispejjeż ta’ inizjattivi bħal dawn jiġu mnaqqsa. Hemm bżonn ukoll ta’ liġi li tati lid-Dipartiment għall-iStandards fil-Ħarsien Soċjali s-saħħa regolatorja li hemm bżonn.

Minn għada dan ir-Rapport jista’ jitniżżel mill-website tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (http://www.nao.gov.mt). 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow