Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr1286
Date Icon 12/07/2010
L-investiment tal-ST huwa opportunità litiggarantixxi l-futur tal-ST f’Malta u l-postijiet tax-xogħol tal-ħaddiema
Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentjirreferi għall-istqarrija ppubblikata llum mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni Carmelo Abela b’rabta mal-investiment il-ġdid imħabbar mill-kumpanija ST u n-negozjati li għaddejjin mal-GWU.
Hija ħasra li kwistjoni ta’ sensittività nazzjonalili tikkonċerna 1,500 ħaddiem u l-familji tagħhom qed issir kwistjoni politika. Dan jista’ jservi biss ta’ detriment għall-istess ħaddiema, il-futur tal-kumpanija f’Malta u l-pajjiż innifsu.
Il-Ministeru ċċara li fid-diskussjonijiet mal-ST litmexxew mill-Gvern, il-GWU dejjem inżammet infurmata dwar x’kien qed jiġri. L-ST kienet għamlitha ċara li l-ftehim kollettiv preċedenti wassal biex il-fabbrika tagħha f’Malta ma tibqax kompetittiva u li wassal biex l-ST tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha f’Malta. F’dan il-kuntest wieħed irid ifakkar li f’dak l-istess perjodu, sentejn ilu, l-ST kienet ħabbret l-għeluq ta’ numru ta’ impjanti fl-Istati Uniti u f’postijiet oħra kif ukoll tnaqqis ta’ madwar 400 ħaddiem mill-impjant f’Malta.
Meta l-Gvern intervjena mal-ST biex dintirrikonsidra l-pożizzjoni tagħha u offra l-għajnuna biex il-kumpanija terġa’ tibda tinvesti f’Malta, l-ST għamlitha ċara mal-GWU u mal-Gvern li ma kienx se jkun ikkunsidrat investiment ġdid jekk ma jerġax jiġi diskuss il-ftehim kollettiv.
Wara kważi tmintax-il xahar ta’ negozjati bejnil-Gvern u l-ST, intlaħaq ftehim fuq investiment fuq linji ta’ teknoloġiji avvanzati ġodda f’Malta, u li l-Gvern kien lest jgħin fil-finanzjament ta’ dan l-investiment u t-taħriġ tal-ħaddiema. F’dan l-istess perjodu, il-GWU u l-ST kienu għaddejjin f’diskussjonijiet biex jilħqu ftehim fuq reviżjoni tal-ftehim kollettiv, li jippermetti lill-kumpanija biex tibqa’ kompetittiva. Il-GWU mhux biss fehmet l-importanza li jintlaħaq tali ftehim, iżda rnexxielha tinnegozja pakkett ragjonevoli ħafna meta tikkunsidra x’kienu t-talbiet inizjali tal-ST.
Għalhekk, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija uInvestiment Tonio Fenech ħeġġeġ lill-ħaddiema biex ma jitilfux din l-opportunità li tassigura mhux biss il-futur tal-ST f’Malta iżda l-post tax-xogħol tagħhom għas-snin li ġejjin.
Il-Ministru esprima s-sorpriża tiegħu għal xikummenti li saru minn esponenti tal-Union li implikaw li kien il-Gvern li missu spjega lill-ħaddiema l-importanza ta’ dan il-ftehim meta l-istess Union dejjem enfasizzat li kellha tkun hi li għandha tirrappreżenta lill-ħaddiema u li tikkomunika magħhom. Wieħed irid jiċċara wkoll li t-tħabbira ta’ dan l-investiment mill-kumpanija kien intiż biex jibgħat sinjal lill-ħaddiema li fil-kuntest tal-ftehim kollettiv rinegozjat li kienu qed jintalbu jaċċettaw, hi kienet qed tinvesti aktar u b’hekk tikkometti l-futur tagħha f’pajjiżna.
Intant, il-Ministru Tonio Fenech offralis-Segretarju Ġenerali tal-GWU l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-Union għal dak li kien negozjat, u qed joffri li f’laqgħa organizzata mill-GWU, jitkellem direttament mal-ħaddiema biex jispjega l-importanza ta’ dan il-ftehim li jiggarantixxi l-futur tal-ST f’Malta fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow