Left arrow Mur Lura

Is-sostenibbiltà tal-finanzi fuq l-aġenda tal-Ministri Ewropej

pr1285
Date Icon 12/07/2010
Il-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għall-Brussell, fejn se jipparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN).
L-Onor. Tonio Fenech huakkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, is-Sur Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, is-Sur Richard Cachia Caruana.
Waqtil-laqgħa, il-Ministri se jiddiskutu l-eżitu tal-laqgћat tal-G8 u l-G20 li saru f’Toronto f’Ġunju li gћadda kif ukoll l-eżitu tat-tielet laqgћa tat-taskforce preseduta minn Herman van Rompuy.
Il-Ministri se jiddiskutu l-proċeduri ta’ defiċiteċċessiv u t-tisћiћ tat-Tkabbir u Stabbilità. Dan fil-kuntest tar-riżultati finanzjarji reġistrati fl-2009 madwar l-Unjoni Ewropea, li juru li kienu żewġ pajjiżi biss, Malta u l-Estonja, li naqqsu d-defiċit tagћhom.
F’danil-kuntest, il-Ministri se jћarsu lejn il-pjanijiet nazzjonali differenti gћall-konsolidazzjoni fiskali u riformi strutturali fl-Ewropa.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow