Is-sostenibbiltà tal-finanzi fuq l-aġenda tal-Ministri Ewropej
pr1285
12/07/2010
| Il-Ministru tal-Finanzi, | l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għall-Brussell, fejn se jipparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN). |
| L-Onor. Tonio Fenech hu | akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, is-Sur Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, is-Sur Richard Cachia Caruana. |
| Waqt | il-laqgħa, il-Ministri se jiddiskutu l-eżitu tal-laqgћat tal-G8 u l-G20 li saru f’Toronto f’Ġunju li gћadda kif ukoll l-eżitu tat-tielet laqgћa tat-taskforce preseduta minn Herman van Rompuy. |
| Il-Ministri se jiddiskutu l-proċeduri ta’ defiċit | eċċessiv u t-tisћiћ tat-Tkabbir u Stabbilità. Dan fil-kuntest tar-riżultati finanzjarji reġistrati fl-2009 madwar l-Unjoni Ewropea, li juru li kienu żewġ pajjiżi biss, Malta u l-Estonja, li naqqsu d-defiċit tagћhom. |
| F’dan | il-kuntest, il-Ministri se jћarsu lejn il-pjanijiet nazzjonali differenti gћall-konsolidazzjoni fiskali u riformi strutturali fl-Ewropa. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990