Stqarrija tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern
pr1283
10/07/2010
| Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, | l-Onor. Carm Mifsud Bonnici, jesprimi s-solidarjetà tiegħu mas-sindku taż-Żejtun, is-Sur Joseph Attard u l-familja tiegħu fid-dawl tal-attakk vandalu fuq il-qabar tal-familja li seħħ dal-lejl. |
| Filwaqt li jikkundanna dan l-aġir | kodard fil-konfront ta’ min ikun qed jaħdem għall-ġid tal-komunità tiegħu, il-Ministru jittama li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija f’dan il-każ ma jdumux ma jagħtu l-frott u l-perpetraturi jkollhom jirrispondu għal għemilhom quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990