Left arrow Mur Lura

IL-PRIORITAJIET TAL-PRESIDENZA BELĠJANA TAL-UE ELENKATI WAQT DJALOGU PUBBLIKU ORGANIZZAT MILL-MEUSAC

pr1282
Date Icon 10/07/2010
L-istabbilità ekonomika u finanzjarja, it-tibdilfil-klima, it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, it-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali Ewropea u  l-immigrazzjoni tfissru mill-Ambaxxatur Belġjan għal Malta Jean-François Delahaut bħala il-prijoritajiet tal-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għas-sitt xhur li ġejjin. Hu kien qed jitkellem waqt djalogu pubbliku organizzat mill-MEUSAC.
Matulid-djalogu, presjedut mil-Kap tal-MEUSAC Vanni Xuereb, ħadu sehem ukoll l-Ambaxxaturi ta’ Spanja u l-Ungerija. Spanja, il-Belġju u l-Ungerija jiffurmaw l-ewwel trio ta’ Presidenzi tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea minn meta twaqqfet is-sistema l-ġdida bis-saħħa tat-Trattat ta’ Liżbona.
L-Ambaxxatur Delahaut spjega kif il-Belġju qiegħedjieħu r-riedni tal-Presidenza fi żmien diffiċli għall-Unjoni Ewropea u għad-dinja. Hu saħaq li l-Belġju se jkompli jibni fuq dak li għamlet tant tajjeb il-Presidenza Spanjola biex ikun hawn stabilità fl-Ewropa li qed tifttex li toħroġ mill-kriżi ekonomika u finanzjara filwaqt jinstabu metodi ġodda għal tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea.  Hu spjega kif l-implimentazzjoni tal-istrategija Ewropa 2020, li ġiet approvata mill-Kunsill Ewropew fis-17 ta’ Ġunju li għadda, hija importanti għat-tkabbir ekonomiku tal-UE.
Fl-intervent tiegħu, il-Viċi Prim Ministru TonioBorg fisser kif Malta qiegħda tappoġja lill-Presidenza Belgjana biex il-prijoritajiet li hija fasslet jilħqu l-milja tagħhom fis-sitt xhur li ġejjin. Tonio Borg qal li Malta temmen fl-istrateġija Ewropa 2020, li tikkumplimenta l-Viżjoni 2015 li l-Gvern Malti fassal biex Malta tilħaq livell ta’ eċċelenza f’diversi oqsma.
L-Ambaxxatur ta’ Spanja għal Malta Maria IsabelVicandi, saħqet li l-Presidenza Spanjola iffukat l-iktar fuq il-kriżi ekonomika u sabiex jinstabu mekkaniżmi ġodda ta’ stabilità kemm għall-Unjoni Ewropea inġenerali, kif ukoll għaż-Żona Ewro.  Waqt id-diskors tagħha hi spjegat kif Malta hija l-eċċezzjoni fl-Unjoni Ewropa, fejn għandek il-pajjiżi kollha bi żbilanċi finanzjarji kbar, kif ukoll qgħad ikbar minn dak tas-soltu. Qalet ukoll li Malta irnexxielha tkampa sew f’din is-sitwazzjoni u addattat għaċ-ċirkostanzi tal-preżent u saħansitra rnexxielha tikber ekonomikament matul l-aħħar xhur.
L-Ambaxxatur tal-Ungerija għal Malta, MiklósMerényi, qal li meta jasal iż-żmien biex l-Ungerija tieħu f’idejha l-Presidenza, fl-1 ta’ Jannar 2011, il-priorita’ se tkun it-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020, l-istabilità ekonomika, is-summit dwar l-Enerġija fi Frar 2011 u l-qbil dwar l-istrateġija dwar l-ilma sa Ġunju 2011.
Waqtil-laqgħa, saru interventi ukoll minn uħud minn dawk preżenti. Preżenti għad-Djalogu kien hemm, fost l-oħrajn għadd ta’ ambaxxaturi residenti f’Malta u rappreżentanti tal-missjonijiet diplomatiċi f’Malta, il-Kap tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta Julian Vassallo, l-Aġent Kap tar-Rappreżentanza f’Malta tal-Kummissjoni Ewropea William Martin, membri tal-Core Group tal-MEUSAC, diretturi għall-Affarjiet tal-UE fil-Ministeri u f’entitajiet tal-Gvern, kif ukoll membri tal-media.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow