GĦAJNUNA DIRETTA GĦAT-TKABBIR TAN-NEGOZJI ŻGĦAR U MICRO
pr1281
09/07/2010
| Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u | Artijiet Jason Azzopardi llum żar il-kumpanija tad-Dry Cleaning Queens fil-qasam industrijali tal-Mosta. Il-kumpanija li tħaddem 6 impjegati, fl-aħħar sena għamlet investiment ta’ madwar €100,000, li nofshom ġew mill-European Regional Development Fund (ERDF) tal-Unjoni Ewropea. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li Queens hija | eżempju ideali ta’ kif iż-żelu, id-dedikazzjoni lejn ix-xogħol u l-investiment kostanti jirriżultaw fi tkabbir u f’suċċess. L-attenzjoni għad-dettal fix-xogħol tad-Dry Cleaning huwa li ppermetta ’l din il-kumpanija li tħares ’l quddiem u tkabbar l-operat tagħha. |
| Jason | Azzopardi qal li is-Segretarjat Parlamentari tiegħu bħalissa jinsab fil-proċess li jtella’ quddiem il-Kabinett abbozz ta’ liġi dwar in-Negozji ż-Żgħar u Micro. Din il-liġi ser tkun imfassla biex ittejjeb l-ambjent li fih joperaw in-negozji żgħar u micro; fosthom billi titwessa’ u tiġi fformalizzata aħjar il-konsultazzjoni ta’ dak kollu li jolqot is-settur tal-SMEs f’pajjiżna, speċjalment id-dipartimenti u l-entitajiet tal-Gvern. Din il-liġi ser tkun qed tintroduċi l-obbligu, li qabel ma ssir liġi li teffetwa dan is-settur, ikun hemm SME impact assessment. |
| Intant | Jason Azzopardi feraħ lil Manuel Azzopardi ta’ Queens Dry Clean għas-suċċess li huwa kiseb fl-aħħar snin. Huwa qal li dan jaqbel perfettament mal-politika tal-Gvern li jrid jara kumpaniji micro bħal din jikbru. Huwa qal li l-Gvern huwa impenjat li joħloq inċentivi u miżuri li permezz tagħhom iżommu il-klima idejali biex in-negozji żgħar tagħna ikunu jistgħu jagħmlu l-investiment neċessarju għat-tkabbir. Dan isir ukoll permezz ta’ għadd ta’ skemi ta’ fondi differenti li l-kumpaniji jistgħu jibbenefikaw minnhom. |
| Jason | Azzopardi appella għal dawk kollha li għandhom negozju biex jinvestigaw jekk jistgħux jibbenefikaw minn fondi ERDF u skemi oħrajn. |
| F’Marzu | li għadda Queens bdiet topera b’magna ġdida tad-Dry Cleaning li 50% minnha ġiet kofinanzjata mill-fondi ERDF. Dan qed jippermetti ‘l din il-kumpanija li tlaħħaq ma’ domandi iżjed kbar, taħdem ordnijiet iżjed estensivi, u tkun ferm iżjed effiċjenti. Sa 4 xhur oħra huwa ippjanat li tibda tintuża t-tieni magna ta’ dan it-tip li ser tkompli tkabbar l-effiċjenza tal-kumpanija. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990