Left arrow Go Back

IL-KWALITA’ TWASSAL GĦAL IŻJED KOMPETITTIVITA’

pr1280
Date Icon 09/07/2010
Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar uArtijiet Jason Azzopardi llum indirizza konferenza tal-aħbarjiet li matulha, il-Kamra tal-Kummerċ l-Intrapriża u l-Industrija ħabbret l-affiljazzjoni tagħha fl-Organizzazzjoni Ewropea għall-Kwalita’ (EOQ).
JasonAzzopardi feraħ lill-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija għal dan il-pass li wettqet favur is-setturi kummerċjali ta’ pajjiżna.  Huwa qal li din l-affiljazzjoni hija ta’ benefiċju għan-negozji tagħna, għax tiffaċilitalhom kuntatti bħal qatt qabel permezz tar-rabtiet b’saħħithom li l-EOQ għandha madwar l-Ewropa kollha.  Bla ebda dubbju, dan il-livell ta’ komunikazzjoni ser iwassal għal titjib mill-kumpaniji tagħna fuq livell nazzjonali kif ukoll jiffaċilita opportuniatjiet ta’ tkabbir lil hinn mix-xtut ta’ pajjiżna.
Is-Segretarju Parlamentari saħaq li f’dinjakompetittiva bħal tal-lum, il-kwalita’ fil-management hija strumentali għas-suċċess ta’ kwalunkwe organizzazzjoni, irrispettivament mid-daqs tagħha.  Il-kwalita’ fil-management jista’ jsir il-katalist li jagħti lin-negozji żgħar taghna dik il-qabza fil-kwalita’ li żżommhom kompetittivi, u l-aqwa fis-setturi tagħhom.  Il-kwalita’ għalhekk issir dak l-ingredjent li joħloq klijentela regolari u leali għall-organizzazzjoni.
JasonAzzopardi semma kif fl-aħħar xhur huwa ltaqa’ ma’ numru ta’ operaturi ta’ negozji żgħar, u li permezz ta’ impenn lejn l-eċċellenza u l-kwalita’ fix-xogħol u l-prodott tagħhom, jirnexxilhom iżommu in-negozju tagħhom dejjem iżjed kompetittiv.  Huwa kompla li dan l-impenn, imżewweġ ma’ investiment kontinwu, iwassal għas-suċċess.
Dan huwaċentrali fil-politika tal-Gvern qal Jason Azzopardi, li jfassal politika li toħloq klima dejjem iżjed favorevoli għan-negozji żgħar u medji tagħna, permezz ta’ inċentivi u miżuri li jħeġġu l-investiment.
Min-naħatagħha, Helga Ellul, President tal-Kamra tal-Kummerċ l-Intrapriża u l-Industrija, qalet li bi twemmin sod fl-importanza tal-kwalita’ u fl-importanza ta’ kwalita’ fil-management, il-Kamra tal-Kummerċ hija kburija li tkun assoċjata mal-promotur ewlieni tal-kwalita’ fl-Ewropa filwaqt li testendi in-network ta’ kuntatti tagħha permezz ta’ din is-sħubija.
HelgaEllul qalet li permezz ta’ din l-affiljazzjoni mal-EOQ, il-Kamra tal-Kummerċ qed tirsisti għal titjieb kontinwu, u iżjed servizz ta’ valur miżjud, għall-benefiċċju tal-membri tagħha.  Hija saħqet li l-Kamra tal-Kummerċ hija kommessa biex tippromwovi vigorożament il-prattika tal-kwalita’ fost il-komunita’ kummerċjali, li tirriżulta f’kompetittivita’ fuq livell ta’ intrapriża, u li tagħti frott fuq livell nazzjonali.
L-OrganizzazzjoniEwropea għall-Kwalita’ (EOQ) hija organizzazzjoni internazzjonali li tiġbor fi ħdanha 70,000 membru u hija preżenti f’40 pajjiż differenti.  EOQ taħdem favur titjib fl-isfera ta’ tmexxija ta’ kwalita’.  Ilha stabbilita mill-1956.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow