IL-PRESIDENT TAL-PARLAMENT EWROPEW SE JINDIRIZZA LILL-PARLAMENT MALTI
pr1279
09/07/2010
| Il-President tal-Parlament Ewropew, il-Professur | Jerzy Buzek, għadu kif għarraf lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Michael Frendo, li qed jilqa’ bil-ferħa l-istedina li għamillu l-iSpeaker sabiex jiġi Malta aktar tard din is-sena ħalli jindirizza lill-Parlament Malti. |
| F’ittra | li bagħat lill-iSpeaker Michael Frendo, il-President tal-Parlament Ewropew qal li bi ħsiebu jieħu din l-opportunità sabiex, waqt iż-żjara tiegħu fid-29 ta’ Novembru ta’ din is-sena, jitkellem direttament mal-Membri Parlamentari Maltin dwar dawk id-drittijiet u l-obbligi li sar għandhom il-parlamenti nazzjonali taħt it-Trattat ta’ Lisbona, dejjem bil-għan li tkompli tissaħħaħ ir-relazzjoni u l-koordinazzjoni bejn dawn l-istituzzjonijiet u l-Parlament Ewropew għall-ġid komuni. |
| Il-President Buzek huwa konxju mill-importanza ta’ | din iż-żjara f’pajjiżna, għaliex bis-saħħa tal-preżenza tiegħu f’Malta huwa jista’ jkun strumentali sabiex il-Parlament Ewropew jersaq dejjem aktar lejn iċ-ċittadin Malti. Huwa jemmen bis-sħiħ li Malta, permezz tal-pożizzjoni ġeo-politika tagħha, għandha rwol kruċjali fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-istess Unjoni. |
| L-iSpeaker Michael Frendo qal li: “Din hija żjara | importanti għall-Parlament Malti u għal Malta li tkompli ssaħħaħ ir-rwol ta’ Malta fl-Ewropa u tkompli tressaq lejn xulxin il-Parlament tagħna u l-Parlament Ewropew”. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990