Left arrow Mur Lura

REGOLAMENTI ĠODDA DWAR REGOLARIZZAZZJONI TA’ LIFTS MINGĦAJR IL-MARKA ‘CE’ – LEGAL NOTICE 346/2010

pr1278
Date Icon 09/07/2010
Kulllift li tqiegħed għall-użu għall-ewwel darba sa mill-1 ta’ Lulju 2002 ’il quddiem irid ikun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolamenti tal-Lifts tal-2002 (Avviż Legali 370 tal-2002) u għandu jkun hemm imwaħħla miegħu l-marka CE. Madankollu, huwa maħsub li hemm ċertu lifts, li ġew installati wara din id-data, li mhumiex konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti. Dawn il-lifts mingħajr il-marka CE, huma potenzjalment fi stat ta’ illegalita’ fir-rigward l-Att dwar is-Sigurta’ tal-Prodotti (Kap.427).
Regolamenti ġodda, li kienu ppublikati llum, sejkunu japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2010. Dawn huma maħsuba biex jiġu infurzati l-obbligi legali preżenti, mingħajr ma jiġu ntrodotti obbligi ġodda.
L-installaturita’ lifts għandhom opportunita’ ta’ darba sabiex jidentifikaw, jinnotifikaw u jirregolarizzaw kull lift mingħajr il-marka CE. L-għan ewlieni ta’ din ir-regolarizzazzjoni huwa li jintlaħaq livell aċċettabli ta’ sigurta’ għal-lifts konċernati, u għaldaqstant ma jibqgħux fi stat ta’ illegalita’, għall-benefiċċju ta’ dawk li jużaw il-lift ukoll.
Din il-proċedurata’ regolarizzazzjoni se tibda fl-1 ta’ Novembru 2010 u talgħaq fit-30 t’ Ottubru 2011.
Sejingħata perjodu ta’ żmien ta’ 4 xhur, mill-1 ta’ Novembru 2010, sabiex l-installaturi ta’ lifts jinnotifikaw lifts mingħajr il-marka CE lill-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards (MSA). Il-persuni responsabbli tal-lift, jiġifieri dawk li jirrappreżentaw is-sidien kollha tal-lift, sa jkunu mitluba jidentifikaw l-installatur tal-lift tagħhom u jinfurmawh bil-miktub dwar l-obbligi tiegħu sabiex jiżguraw li din il-proċedura titwettaq. In-notifikazzjoni se ssir permezz ta’ formoli ppubblikati apposta mill-MSA.
Dawn ir-regolamentil-ġodda huma maħsuba wkoll għal każijiet fejn l-installatur tal-lift jew m’għadux jeżisti jew ma jistax, għal kwalunkwe raġuni, josserva dawn ir-regolamenti. F’dawn il-każijiet, ir-responsabbilta’ sa taqa’ fuq il-persuni responsabbli tal-lift, irrispettivament jekk l-installatur tal-lift ma jistax josserva r-regolamenti b’mod deliberat jew le. Dan juri kemm hu importanti li l-persuni responsabbli jifhmu sew din il-proċedura ta’ regolarizzazzjoni.
Sabiexjiġi żgurat is-suċċess ta’ din il-proċedura, se tingħata wkoll l-opportunita’ lil terzi persuni li jinnotifikaw lill-MSA, b’mod anonimu, lifts mingħajr il-marka CE.
Samid-data tan-notifika, perjodu massimu ta’ 6 xhur sa jingħata sabiex l-installatur tal-lift jiregolarizza l-lift billi japplika l-proċedura diġa’ stabbilita fir-Regolamenti tal-Lifts ta’ l-2002. Dan il-perjodu ta’ żmien għandu jkun biżżejjed sabiex jiġi regolarizzat il-lift filwaqt li ma jkunx hemm inkonvenvjenti żejda fuq min juża l-lift.
Kwalunkwe persuna li mhux sa timxi ma’ dawnir-regolamenti ġodda tista’ tiġi mħarrka b’multi li jitilgħu sa €2,329.37, u jittiehdu miżuri restrittivi fuq kull lift li ma jkunx sikur.

Għal aktar tagħrif fuq din il-proċedura wieħed jista’ jikkuntattja lill-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards fuq it-telefon 2395 2000 jew permezz tal-emailhelpdesk.msa@msa.org.mt .

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow