Left arrow Mur Lura

JITWAQQAF KUMITAT TEKNIKU SABIEX IFASSAL STRATEĠIJA NAZZJONALI GHAL SISTEMA TA’ TRANSPORT ELETTRIKU GĦAL MALTA U GĦAWDEX

pr1277
Date Icon 09/07/2010
Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-AffarijietRurali George Pullicino ħabbar u ppresiedja fl-ewwel laqgħa tal-kumitat tekniku li għandu jfassal strateġija nazzjonali ghal sistema ta’ transport elettriku għal Malta u Għawdex.
Pajjiżna, tuldawn l-aħħar snin, mill-qasam tat-trasport, ra żieda sostanzjali fl-emissjonijiet mill-karozzi. L-emissjonijiet mill-1990 żdiedu b’aktar minn 50% sal-2006. Fl-2006, 16% tal-emissjonijiet kollha kienu kkawzati mill-karozzi.
Għalhekk, aktar ma jiżdiedu vetturi fit-triq lijwasslu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mit-toroq tagħna, kulħadd igawdu minn arja aktar nadifa u livell ta’ saħħa aħjar.
Danil-kumitat se jkun immexxi mill-Ing Peter Mifsud mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, bis-segretarju tal-kumitat ikun is-Sur Benjamin Pule’ mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali. Il-kumplament tal-kumitat se jkun kompost minn David Sutton mit-Transport Malta, Herald Bonnici mill-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment, Joe Cilia mill-Istitut għall-Enerġija Sostemnibbli fl-Universita’ ta’ Malta u  Anthony Borg mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika.
Danil-kumitat fil-ħidma tiegħu se jkun qed jinvolvi ukoll l-istakeholders kollha f’proċess ta’ konsultazzjoni sabiex f’Ottubru ta’ din is-sena jitlesta l-abbozz ta’ din l-istrateġija.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow