ĦIDMA BIEX IR-ROĦS FIL-PREZZIJIET TAL-MEDIĊINI JKUN ASSIGURAT
pr1275
09/07/2010
| Id-Dipartiment | għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni qed iwettaq eżerċizzju biex jassigura li t-62 mediċina li tħabbar roħs fuqhom qed jinbiegħu bil-prezz il-ġdid. Fl-eżerċizzju li qed isir instab li l-ispiżeriji li xtraw konsenji ġodda qed ibiegħu dawn il-mediċini skont il-prezz imħabbar fil-lista ppubblikata fit-2 ta’ Lulju li għadda. Numru ta’ spiżeriji għad fadlilhom numru żgħir ta’ mediċini li kienu nxtraw bil-prezz għoli u għaldaqstant dawn jistgħu jinbiegħu bil-prezz l-antik. |
| L-uffiċjali tad-Dipartiment | li qed iżuru l-ispiżeriji qed jivverifikaw il-prezz tal-mediċini, b’mod partikolari ta’ dawk il-mediċini li huma meqjusa li jinbiegħu l-aktar. Fejn jinstab li din il-mediċina ma tkunx raħset, tintalab il-kwantita’ ta’ stokk li għandha l-ispiżerija. Jekk ikun hemm xi suspetti li l-ammont m’huwiex minnu, tiġi verifikata l-kwantita’ li l-ispiżerija għandha. Kien hemm ukoll kuntatti mal-importaturi tal-mediċini biex jiġi vverifikat liema spiżeriji xtraw stokk ġdid u ta’ liema mediċini. |
| Il-verifiki fl-ispiżeriji | qed isiru wkoll biex tkompli tinġabar informazzjoni fuq mediċina oħra li l-prezz tagħha qed jiġi investigat. Il-programm hu flessibbli għall-aħħar sabiex jagħti ċ-ċans li jiġu investigati fl-iqsar żmien possibbli l-ilmenti li qed jidħlu mill-konsumaturi. |
| Ir-roħs fuq it-62 | mediċina li jinsabu fil-lista ppubblikata fit-2 ta’ Lulju li għadda, ivarja bejn 6% u 67%. Il-prezzijiet il-ġodda huma effettivi b’mod immedjat fuq konsenji ġodda. Il-biċċa l-kbira tal-mediċini li roħsu jintużaw, f’xi każi fit-tul, biex jikkuraw mard u kundizzjonijiet li f’pajjiżna huma mifruxin sew, bħall-kolesterol għoli, anġina, pressjoni għolja, dijabete u l-marda tal-Parkinson’s. Mediċini oħra jikkuraw infezzjonijiet virali bħall-ġidri u l-ħruq ta’ Sant’Antnin. Oħrajn jittieħdu minn persuni li jbatu bl-aċidu fl-istonku, bl-ulċeri, u minn dgħufija fl-għadam. |
| Sadanittant it-taħditiet | bejn il-Gvern u l-importaturi qed ikomplu, bl-għan ewlieni jkun li f’qasir żmien jitħabbar roħs fil-prezzijiet ta’ aktar mediċini. |
| Il-mira tal-Gvern hi | li f’Malta jkun hawn aktar stabbilita’ fil-prezzijiet tal-mediċini. L-istrateġija biex din il-mira tintlaħaq li bbażata fuq żewg fronti: soluzzjoni fl-immedjat li twassal biex ikun hemm roħs ta’ prodotti mediċinali biex jiġu skont il-medja Ewropea; u soluzzjoni fit-tul li tinvolvi r-reviżjoni tal-mekkaniżmu eżistenti biex dan ikun addattat għaċ-ċirkustanzi tal-lum u biex jagħti stabbilta’ fil-prezzijiet tal-mediċini fuq perjodu fit-tul. |
| Min jixtieq aktar | informazzjoni jista’ jċempel fuq il-linja 21446446. Il-linji tat-telefon se jkunu miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am u t-8.00pm. Is-Sibt u l-Ħadd il-linji jkunu miftuħa sas-1.00pm. |
Jistgħu wkoll jintbagħtu emails fuq medicines@gov.mt. Aktar informazzjoni tinkiseb ukoll mis-sit elettroniki www.doi.gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990